+Artikolu 78 Komunikazzjoni u modalitajiet għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-data
---+Artikolu 78 1
---+Artikolu 78 2
---+Artikolu 78 3
---+Artikolu 78 4
---+Artikolu 78 5
|
Artikolu 78 Komunikazzjoni u modalitajiet għall-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġett tad-data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 78 1
|
1. Il-kontrollur għandu jieħu passi raġonevoli biex jipprovdi kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 79 u jagħmel kwalunkwe komunikazzjoni fir-rigward tal-Artikoli 80 sa 84 u 92 b’relazzjoni mal-ipproċessar lis-suġġett tad-data f’forma konċiża, komprensibbli, u aċċessibbli faċilment, bl-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b’kull mezz xieraq, inkluż b’mod elettroniku. Bħala regola ġenerali, il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni fl-istess forma tat-talba.
|
|
Artikolu 78 2
|
2. Il-kontrollur għandu jagħmilha faċli li jiġu eżerċitati d-drittijiet tas-suġġett tad-data msemmija fl-Artikoli 79 sa 84.
|
|
Artikolu 78 3
|
3. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub dwar is-segwitu tat-talba tiegħu mingħajr dewmien bla bżonn, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tasal it-talba tas-suġġett tad-data.
|
|
Artikolu 78 4
|
4. Il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni taħt l-Artikolu 79 u kwalunkwe komunikazzjoni magħmula u azzjoni meħuda skont l-Artikoli 80 sa 84 u 92 mingħajr ħlas. Meta talbiet minn suġġett tad-data jkunu manifestament infondati jew eċċessivi, b’mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, il-kontrollur jista’ jirrifjuta li jaġixxi fuq it-talba. Il-kontrollur għandu jerfa’ r-responsabbiltà li juri n-natura manifestament infondata jew eċċessiva tat-talba.
|
|
Artikolu 78 5
|
5. Meta l-kontrollur ikollu dubji raġonevoli dwar l-identità tal-persuna fiżika li tkun qed tagħmel it-talba msemmija fl-Artikoli 80 jew 82, il-kontrollur jista’ jitlob li tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tiġi kkonfermata l-identità tas-suġġett tad-data.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|