+Artikolu 93 Komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data
---+Artikolu 93 1
---+Artikolu 93 2
---+Artikolu 93 3
---+Artikolu 93 4
---+Artikolu 93 5
|
Artikolu 93 Komunikazzjoni ta’ ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 93 1
|
1. Meta l-ksur ta’ data personali x’aktarx ikun se jirriżulta f’riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni fiżiċi, il-kontrollur għandu jikkomunika l-ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien bla bżonn.
|
|
Artikolu 93 2
|
2. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiddeskrivi b’lingwaġġ ċar u sempliċi n-natura tal-ksur ta’ data personali u għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet previsti fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 92(2).
|
|
Artikolu 93 3
|
3. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun rikjesta jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:
|
(a)
|
il-kontrollur ikun implimenta miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika u organizzattiva xierqa, u dawk il-miżuri ġew applikati għad-data personali operazzjonali affettwata mill-ksur ta’ data personali, b’mod partikolari dawk li jagħmlu d-data personali operazzjonali ma tinftihemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata biex taċċedi għaliha, bħall-kriptaġġ;
|
|
(b)
|
il-kontrollur ikun ħa miżuri sussegwenti li jiżguraw li r-riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data msemmija fil-paragrafu 1 mhux probabbli li jimmaterjalizza;
|
|
(c)
|
tinvolvi sforz sproporzjonat. F’każ bħal dan, minflok għandu jkun hemm komunikazzjoni pubblika jew miżura simili fejn is-suġġetti tad-data jiġu infurmati b’mod daqstant effettiv.
|
|
|
Artikolu 93 4
|
4. Jekk il-kontrollur ma jkunx diġà kkomunika l-ksur ta’ data personali lis-suġġett tad-data, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, wara li jkun ikkunsidra l-probabbiltà li l-ksur ta’ data personali jirriżulta f’riskju għoli, jista’ jitolbu jagħmel dan, jew jista’ jiddeċiedi li xi kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 jkunu ssodisfati.
|
|
Artikolu 93 5
|
5. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tiġi ttardjata, ristretta jew titħalla barra soġġett għall-kundizzjonijiet u abbażi tar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 79(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|