+Artikolu 94 Trasferiment ta’ data personali operazzjonali lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali
---+Artikolu 94 1
---+Artikolu 94 2
---+Artikolu 94 3
---+Artikolu 94 4

Artikolu 94 Trasferiment ta’ data personali operazzjonali lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 94 1

1.   Soġġett għar-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fl-atti legali li jistabbilixxu l-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni„ il-kontrollur jista’ jittrasferixxi data personali operazzjonali lil awtorità ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, sa fejn tali trasferiment ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-kontrollur u biss meta l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu jkunu ssodisfati, jiġifieri:

(a)

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni ta’ adegwatezza f’konformità mal-Artikolu 36(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680, u ssib li l-pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar f’dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni jiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni;

(b)

fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni taħt il-punt (a), ftehim internazzjonali ikun ġie konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE li jagħti prova ta’ garanziji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi;

(c)

fin-nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni taħt il-punt (a) jew ta’ ftehim internazzjonali taħt il-punt (b), ikun ġie konkluż ftehim ta’ kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta’ data personali operazzjonali qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-att legali li jistabbilixxi l-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni kkonċernati, bejn dak il-korp, dak l-uffiċċju jew dik l-aġenzija tal-Unjoni u l-pajjiż terz inkwistjoni.

Artikolu 94 2

2.   L-atti legali li jistabbilixxu l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar speċifiċi dwar il-kundizzjonijiet għat-trasferimenti internazzjonali ta’ data personali operazzjonali, b’mod partikolari dwar it-trasferimenti permezz ta’ salvagwardji u derogi xierqa għal sitwazzjonijiet speċifiċi.

Artikolu 94 3

3.   Il-kontrollur għandu jippubblika fuq is-sit web tiegħu u jżomm aġġornata lista ta’ deċiżjonijiet ta’ adegwatezza msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1, ftehimiet, arranġamenti amministrattivi u strumenti oħra marbuta mat-trasferiment ta’ data personali f’konformità mal-paragrafu 1.

Artikolu 94 4

4.   Il-kontrollur għandu jżomm rekords dettaljati tat-trasferimenti kollha skont dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 21.11.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1725
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.