|
+Artikolu 13 Twettiq ta' attivitajiet f'żewġ Stati Membri jew aktar ---+Article 13 1. ---+Article 13 2. ---+Article 13 3. ---+Article 13 4. ---+Article 13 5. |
Artikolu 13 Twettiq ta' attivitajiet f'żewġ Stati Membri jew aktarArtikolu 13 Twettiq ta' attivitajiet f'żewġ Stati Membri jew aktar 1. Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew aktar għandha tkun soġġetta: (a) għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tar-residenza jekk hija twettaq parti sostanzjali mill-attività tagħha f’dak l-Istat Membru, jew (b) jekk ma twettaqx parti sostanzjali tal-attività tagħha fl-Istat Membru tar-residenza: (i) għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċju rreġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriża jew ta’ min iħaddem jekk hija impjegata minn impriża jew persuna li tħaddem waħda, jew (ii) għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriżi jew tal-persuni li jħaddmu jekk hija impjegata minn żewġ impriżi jew persuni li jħaddmu jew aktar, li għandhom l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom fi Stat Membru wieħed biss; jew (iii) għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li fih jinsab l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tal-impriża jew tal-persuna li tħaddem barra mill-Istat Membru tar-residenza jekk hija impjegata minn żewġ impriżi jew persuni li jħaddmu jew aktar, li għandhom l-uffiċċju reġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom f’żewġ Stati Membri, li wieħed minnhom ikun l-Istat Membru tar-residenza; jew (iv) għal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tar-residenza jekk hija impjegata minn żewġ intrapriżi jew persuni li jħaddmu jew aktar, li mill-anqas tnejn minnhom għandhom l-uffiċċju rreġistrat jew il-post tan-negozju tagħhom fi Stati Membri differenti minbarra l-Istat Membru tar-residenza. 2. Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna li taħdem għal rasha f'żewġ Stati Membri jew aktar għandha tkun suġġetta għal: (a) il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha jekk hija twettaq parti sostanzjali mill-attività tagħha f'dak l-Istat Membru; jew (b) il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn jinstab il-qofol ta' l-interess tagħha, jekk din il-persuna ma għandhiex il-post tar-residenza tagħha f'wieħed mill-Istati Membri fejn hija twettaq parti sostanzjali mill-attività tagħha. 3. Persuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stati Membri differenti għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn hija twettaq attività bħala persuna impjegata jew, jekk twettaq attività bħal din f'żewġ Stati Membri jew aktar, għal-leġislazzjoni determinata skond il-paragrafu 1. 4. Persuna impjegata maċ-ċivil minn Stat Membru wieħed u li twettaq attività bħala persuna impjegata jew/u bħala persuna li taħdem għal rasha fi Stat Membru ieħor jew fi Stati Membri oħra, għandha tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li għaliha hija suġġetta l-amministrazzjoni li timpjegaha. 5. Persuni msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom ikunu trattati, għall-għanijiet tal-leġislazzjoni determinata skond dawn id-disposizzjonijiet, bħallikieku kienu qegħdin iwettqu l-attivitajiet kollha tagħhom bħala persuni impjegati jew bħala persuni li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru konċernat u bħallikieku kienu qegħdin jirċievu d-dħul kollu tagħhom fl-Istat Membru konċernat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|