Artikolu 15
►M1
Persunal kuntrattwali ◄ tal-Komunitajiet Ewropej
Fir-rigward ta' disposizzjonijiet stabbiliti fl-iskema applikabbli għall-
►M1
persunal kuntrattwali ◄ tal-Komunitajiet Ewropej, minbarra dawk id-disposizzjonijiet dwar allowances marbutin mal-familja, dawn l-impjegati jistgħu jagħżlu li jkunu suġġetti għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn huma mpjegati, għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li għaliha kienu suġġetti eżattament qabel jew għal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru li huma ċittadini tiegħu. Dan id-dritt għal għażla, li jista' jintuża darba biss, għandu jkollu effett mill-ewwel jum ta' l-impjieg.