|
+Artikolu 28 Regoli speċjali għal ħaddiema rtirati li kienu jaħdmu bejn il-fruntieri ---+Article 28 1. ---+Article 28 2. ---+Article 28 3. ---+Article 28 4. ---+Article 28 5. |
Artikolu 28 Regoli speċjali għal ħaddiema rtirati li kienu jaħdmu bejn il-fruntieriArtikolu 28 Regoli speċjali għal ħaddiema rtirati li kienu jaħdmu bejn il-fruntieri 1. Ħaddiem tal-fruntiera li jkun irtira minħabba xjuħija jew invalidità huwa intitolat f’każ ta’ mard li jkompli jirċievi benefiċċji in natura fl-Istat Membru fejn hu eserċita l-aħħar l-attività tiegħu bħala persuna imjegata jew li taħdem għal rasha, safejn dan ikun kontinwazzjoni ta’ trattament li beda f’dak l-Istat Membru. “Kontinwazzjoni ta’ trattament” ifisser l-investigazzjoni kontinwata, id-dijanjosi u t-trattament ta’ marda tul id-dewmien kollu tagħha. L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għall-membri tal-familja ta’ dak li qabel kien ħaddiem tal-fruntiera sakemm l-Istat Membru fejn il-ħaddiem tal-fruntiera eserċita l-aħħar l-attività tiegħu ma jkunx elenkat fl-Anness III. 2. Persuna pensjonanta li, fil-ħames snin ta' qabel id-data effettiva ta' meta bdiet tingħata pensjoni marbuta ma' l-età jew ma' l-invalidità kienet qiegħda twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha għal ta' l-anqas sentejn bħala ħaddiem bejn il-fruntieri, għandha tkun intitolata għal benefiċċji mogħtija in natura fl-Istat Membru fejn hija wettqet din l-attività bħala ħaddiem fuq il-fruntiera. Dan iżda japplika biss jekk dan l-Istat Membru u l-Istat Membru fejn tinstab l-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura lill-persuna pensjonanta fl-Istat Membru fejn hija residenti jkunu għamlu din l-għażla u jkunu mniżżla t-tnejn li huma fl-Anness V. 3. Il-paragrafu 2 għandu japplika mutatis mutandis għall-membri tal-familja ta' ħaddiem li kien jaħdem bejn il-fruntieri jew għas-superstiti tiegħu jekk, matul il-perjodi msemmija fil-paragrafu 2, dawn kienu intitolati għal benefiċċji mogħtija in natura taħt l-Artikolu 18(2). Dan japplika anki jekk il-ħaddiem li kien jaħdem bejn il-fruntieri miet qabel ma bdiet il-pensjoni tiegħu jew tagħha, iżda sakemm dan il-ħaddiem kien iwettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha bħala ħaddiem bejn il-fruntieri għal ta' l-anqas sentejn fil-ħames snin ta' qabel il-mewt tiegħu jew tagħha. 4. Il-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu applikabbli sakemm il-persuna konċernata ssir suġġetta għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru minħabba attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha. 5. L-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni kompetenti responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji mogħtija in natura lill-persuna pensjonanta jew lis-superstiti tagħha fl-Istati Membri rispettivi tar-residenza tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|