+Artikolu 32 Għoti ta' ordni ta' preċedenza lid-dritt għal benefiċċji mogħtijain natura- regola speċjali għad-dritt ta' membri tal-familja għal benefiċċji fl-Istat Membru ta' residenza
---+Article 32 1.
---+Article 32 2.

Artikolu 32 Għoti ta' ordni ta' preċedenza lid-dritt għal benefiċċji mogħtijain natura- regola speċjali għad-dritt ta' membri tal-familja għal benefiċċji fl-Istat Membru ta' residenza

Artikolu 32

Għoti ta' ordni ta' preċedenza lid-dritt għal benefiċċji mogħtija in natura - regola speċjali għad-dritt ta' membri tal-familja għal benefiċċji fl-Istat Membru ta' residenza

1.  Dritt indipendenti għal benefiċċji mogħtija in natura ibbażat fuq il-leġislazzjoni ta' Stat Membru jew fuq dan il-Kapitolu għandu jkollu preċedena fuq dritt derivat għal benefiċċji mogħtija lil membri ta' familja. Madanakollu, dritt derivat għal benefiċċji mogħtija in natura għandu jkollu preċedenza fuq drittijiet indipendenti meta d-dritt indipendenti fl-Istat Membru ta' residenza jeżisti direttament u biss fuq il-bażi tar-residenza tal-persuna konċernata f'dak l-Istat Membru.

2.  Meta l-membri tal-familja ta' persuna assigurata jkollhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru li skond il-leġislazzjoni tiegħu d-dritt għal benefiċċji mogħtija in natura ma jkunx suġġett għal kondizzjonijiett a' assigurazzjoni jew attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, benefiċċji mogħtija in natura għandhom jingħataw bl-ispejjeż għall-istituzzjoni kompetenti fl-Istat Membru fejn dawn ikollhom ir-residenza tagħhom jekk il-konjugi jew il-persuna li tieħu ħsieb it-tfal tal-persuna assigurata twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha f'dan l-Istat Membru jew tirċievi pensjoni mingħand dak l-Istat Membru minħabba attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 32 1.
An independent right to benefits in kind based on the legislation of a Member State or on this Chapter shall take priority over a derivative right to benefits for members of a family. A derivative right to benefits in kind shall, however, take priority over independent rights, where the independent right in the Member State of residence exists directly and solely on the basis of the residence of the person concerned in that Member State.
Article 32 2.
Where the members of the family of an insured person reside in a Member State under whose legislation the right to benefits in kind is not subject to conditions of insurance or activity as an employed or self-employed person, benefits in kind shall be provided at the expense of the competent institution in the Member State in which they reside, if the spouse or the person caring for the children of the insured person pursues an activity as an employed or self-employed person in the said Member State or receives a pension from that Member State on the basis of an activity as an employed or self-employed person.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.