+Section 3 Common provisions
---+Artikolu 31 Disposizzjoni ġenerali
---+Artikolu 32 Għoti ta' ordni ta' preċedenza lid-dritt għal benefiċċji mogħtijain natura- regola speċjali għad-dritt ta' membri tal-familja għal benefiċċji fl-Istat Membru ta' residenza
------+Article 32 1.
------+Article 32 2.
---+Artikolu 33 Benefiċċji sostanzjali mogħtijain natura
------+Article 33 1.
------+Article 33 2.
---+Artikolu 34 Sitwazzjoni ta'overlappingta' benefiċċji ta' kura fit-tul
------+Article 34 1.
------+Article 34 2.
------+Article 34 3.
---+Artikolu 35 Ħlas lura bejn istituzzjonijiet
------+Article 35 1.
------+Article 35 2.
------+Article 35 3.

Section 3 Common provisions

Section 3 Common provisions

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 31 Disposizzjoni ġenerali

Artikolu 31

Disposizzjoni ġenerali

L-Artikoli 23 sa 30 ma għandhomx japplikaw għal persuna pensjonanta jew għall-membri tal-familja tagħha li huma intitolati għal benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru fuq il-bażi ta' attività bħala persuni impjegati jew bħala persuni li jaħdmu għal rashom. F'każ bħal dan, il-persuna konċernata għandha tkun suġġetta, għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, għall-Artikoli 17 sa 21.

Artikolu 32 Għoti ta' ordni ta' preċedenza lid-dritt għal benefiċċji mogħtijain natura- regola speċjali għad-dritt ta' membri tal-familja għal benefiċċji fl-Istat Membru ta' residenza

Artikolu 32

Għoti ta' ordni ta' preċedenza lid-dritt għal benefiċċji mogħtija in natura - regola speċjali għad-dritt ta' membri tal-familja għal benefiċċji fl-Istat Membru ta' residenza

1.  Dritt indipendenti għal benefiċċji mogħtija in natura ibbażat fuq il-leġislazzjoni ta' Stat Membru jew fuq dan il-Kapitolu għandu jkollu preċedena fuq dritt derivat għal benefiċċji mogħtija lil membri ta' familja. Madanakollu, dritt derivat għal benefiċċji mogħtija in natura għandu jkollu preċedenza fuq drittijiet indipendenti meta d-dritt indipendenti fl-Istat Membru ta' residenza jeżisti direttament u biss fuq il-bażi tar-residenza tal-persuna konċernata f'dak l-Istat Membru.

2.  Meta l-membri tal-familja ta' persuna assigurata jkollhom ir-residenza tagħhom fi Stat Membru li skond il-leġislazzjoni tiegħu d-dritt għal benefiċċji mogħtija in natura ma jkunx suġġett għal kondizzjonijiett a' assigurazzjoni jew attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, benefiċċji mogħtija in natura għandhom jingħataw bl-ispejjeż għall-istituzzjoni kompetenti fl-Istat Membru fejn dawn ikollhom ir-residenza tagħhom jekk il-konjugi jew il-persuna li tieħu ħsieb it-tfal tal-persuna assigurata twettaq attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha f'dan l-Istat Membru jew tirċievi pensjoni mingħand dak l-Istat Membru minħabba attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha.

Artikolu 33 Benefiċċji sostanzjali mogħtijain natura

Artikolu 33

Benefiċċji sostanzjali mogħtija in natura

1.  Persuna assigurata jew membru tal-familja tagħha li kellhom dritt għal protesi, operazzjoni maġġuri jew benefiċċji sostanzjali oħra mogħtija in natura u rikonoxxuti mill-istituzzjoni ta' Stat Membru, qabel din il-persuna kienet assigurata taħt il-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni ta' Stat Membru ieħor, għandhom jirċievu dawn il-benefiċċji bl-ispejjeż għall-ewwel istituzzjoni, anki jekk dawn jingħataw wara li din il-persuna kienet assigurata taħt il-leġislazzjoni applikata mit-tieni istituzzjoni.

2.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tipprepara l-lista ta' benefiċċji koperti mill-paragrafu 1.

Artikolu 34 Sitwazzjoni ta'overlappingta' benefiċċji ta' kura fit-tul

Artikolu 34

Sitwazzjoni ta' overlapping ta' benefiċċji ta' kura fit-tul

1.  Jekk persuna li tirċievi benefiċċju ta' kura fit-tul fi flus, liema benefiċċju għandu jitqies bħala benefiċċju marbut ma' mard u għaldaqstant jingħata mill-Istat Membru kompetenti għal benefiċċji mogħtija fi flus taħt l-Artikoli 21 jew 29, tkun fl-istess żmien u taħt dan il-Kapitolu intitolata biex titlob benefiċċji mogħtija in natura maħsuba għall-istess għan mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew ta' żjara fi Stat Membru ieħor, u istituzzjoni fl-ewwel Stat Membru hija wkoll mitluba biex tħallas lura l-ispejjeż ta' dawn il-benefiċċji mogħtija in natura taħt l-Artikolu 35, id-disposizzjonijiet ġenerali dwar sitwazzjonijiet fejn ikun hemm overlapping ta' benefiċċji stabbilita fl-Artikolu 10 għandha tapplika, iżda b'din ir-restrizzjoni biss: jekk il-persuna konċernata titlob u tirċievi l-benefiċċju mogħti in natura, l-ammont tal-benefiċċju fi flus għandu jitnaqqas mill-ammont tal-benefiċċji mogħti in natura li ntalab jew li jista' jintalab mill-istituzzjoni ta' l-ewwel Stat Membru mitluba biex tħallas lura l-ispejjeż.

2.  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tipprepara l-lista ta' benefiċċji mogħtija fi flus u ta' benefiċċji mogħtija in natura koperti mill-paragrafu 1.

3.  Żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaqblu fuq miżuri oħra jew fuq miżuri supplimentarji li, iżda, ma għandhomx ikunu anqas vantaġġjużi għall-persuni konċernati mill-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 1.

Artikolu 35 Ħlas lura bejn istituzzjonijiet

Artikolu 35

Ħlas lura bejn istituzzjonijiet

1.  Il-benefiċċji mogħtija in natura mill-istituzzjoni ta' Stat Membru f'isem l-istituzzjoni ta' Stat Membru ieħor taħt dan il-Kapitolu għandhom ikunu mħallsa lura kompletament.

2.  Il-ħlas lura msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun determinat u magħmul skond il-ftehim stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni, jew fuq il-produzzjoni ta' xhieda ta' l-ispejjeż attwali, jew fuq il-bażi ta' ammonti fissi għal Stati Membri li minħabba l-istrutturi legali jew amministrattivi tagħhom ma jkunx xieraq li l-ħlas lura jsir fuq il-bażi ta' l-ispiża attwali.

3.  Żewġ Stati Membri jew aktar, u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaħsbu għal metodi oħra dwar kif isir il-ħlas lura jew jistgħu jirrinunzjaw għal kull ħlas lura bejn l-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.