|
+Artikolu 40 Regoli dwar kif karatteristiċi speċifiċi ta' ċerti leġislazzjonijiet għandhom ikunu ikkunsidrati ---+Article 40 1. ---+Article 40 2. ---+Article 40 3. |
Artikolu 40 Regoli dwar kif karatteristiċi speċifiċi ta' ċerti leġislazzjonijiet għandhom ikunu ikkunsidratiArtikolu 40 Regoli dwar kif karatteristiċi speċifiċi ta' ċerti leġislazzjonijiet għandhom ikunu ikkunsidrati 1. Jekk ma jkunx hemm assigurazzjoni għal kontra inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew għal kontra mard marbut max-xogħol fl-Istat Membru fejn il-persuna konċernata għandha l-post tar-residenza tagħha jew fejn din il-persuna toqgħod, jew jekk teżisti din l-assigurazzjoni iżda ma hemmx istituzzjoni responsabbli għall-għoti ta' benefiċċji mogħtija in natura, dawk il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza jew ta' żjara risponsabbli għall-għoti ta' benefiċċji mogħtija in natura fil-każ ta' mard. 2. Jekk ma jkunx hemm assigurazzjoni għal kontra inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew għal kontra mard marbut max-xogħol fl-Istat Membru kompetenti, id-disposizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu dwar benefiċċji mogħtija in natura għandhom japplikaw xorta waħda għal persuna li hija intitolata għal dawk il-benefiċċji fil-każ ta' mard, ta' maternità jew ta' paternità taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru jekk dik il-persuna jkollha inċident fuq il-post tax-xogħol jew issofri minn marda marbuta max-xogħol matul ir-residenza jew iż-żjara tagħha fi Stat Membru ieħor. L-ispejjeż għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni li hija kompetenti biex tagħti l-benefiċċji mogħtija in natura taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti. 3. L-Artikolu 5 għandu japplika għall-istituzzjoni kompetenti fi Stat Membru fir-rigward ta' l-ugwaljanza ta' inċidenti fuq il-post tax-xogħol jew mard marbut max-xogħol li jew ġraw jew li kienu konfermati wara taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, meta din l-istituzzjoni tkun qiegħda tagħmel eżami tal-livell ta' inkapaċità, tad-dritt għal benefiċċji jew l-ammont ta' benefiċċju, bil-kondizzjoni li: (a) l-ebda kumpens ma għandu jingħata fir-rigward ta' inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol li jseħħ jew li kienet konfermata qabel taħt il-leġislazzjoni applikata minnha; u (b) l-ebda kumpens ma għandu jingħata fir-rigward ta' inċident fuq il-post tax-xogħol jew marda marbuta max-xogħol li seħħ jew li kienet konfermata wara, taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor li taħtha seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew li taħtha kienet konfermata l-marda marbuta max-xogħol. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|