|
+Artikolu 44 Persuni li huma suġġetti biss għal leġislazzjoni tat-tip A ---+Article 44 1. ---+Article 44 2. ---+Article 44 3. ---+Article 44 4. |
Artikolu 44 Persuni li huma suġġetti biss għal leġislazzjoni tat-tip AArtikolu 44 Persuni li huma suġġetti biss għal leġislazzjoni tat-tip A 1. Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, “leġislazzjoni tat-tip A” tfisser kull leġislazzjoni li taħtha l-ammont ta' benefiċċji marbutin ma' l-invalidità huwa indipendenti mit-tul tal-perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza u li hija inkluża b'mod espress fl-Anness VI mill-Istat Membru, u “leġislazzjoni tat-tip B” tfisser kull leġislazzjoni oħra. 2. Persuna li kienet suġġetta, b'mod suċċessiv jew b'mod alternattiv, għal-leġislazzjoni ta' żewġ Stati Membri jew aktar u li għamlet perjodi ta' assigurazzjoni jew residenza taħt leġislazzjonijiet tat-tip A biss, għandha tkun intitolata għal benefiċċji mingħand l-istituzzjoni ta' l-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu kienet tapplika meta seħħet l-inkapaċità segwita mill-invalidità biss u għandha tirċievi dawn il-benefiċċji skond dik il-leġislazzjoni. F'dan il-kuntest, għandu jkun ikkunsidrat, fejn jixraq, l-Artikolu 45. 3. Persuna li mhux intitolata għal benefiċċji taħt il-paragrafu 2, għandha tirċievi l-benefiċċji li għalihom hija tkun għadha intitolata taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, fil-waqt li jkun ikkunsidrat, fejn jixraq, l-Aritkolu 45. 4. Jekk il-leġislazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 jew 3 jkun fiha regoli dwar ir-riduzzjoni, is-sospensjoni jew it-tneħħija ta' benefiċċji marbutin ma' l-invalidità fil-każ ta' sitwazzjonijiet fejn ikun overlapping ma' dħul ieħor jew ma' benefiċċji ta' tip differenti skond l-Aritkolu 53(2), l-Artikolu 53(3) u 55(3) għandhom japplikaw mutatis mutandis. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|