+Artikolu 47 Aggravazzjoni ta' l-invalidità
---+Article 47 1.
---+Article 47 2.
---+Article 47 3.

Artikolu 47 Aggravazzjoni ta' l-invalidità

Artikolu 47

Aggravazzjoni ta' l-invalidità

1.  Fil-każ ta' aggravazzjoni ta' invalidità li għaliha persuna qiegħda tirċievi benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru jew ta' aktar minn Stat Membru wieħed, għandhom japplikaw id-disposizzjonijiet li ġejjin, fil-waqt li tittieħed in konsiderazzjoni l-aggravazzjoni:

(a) il-benefiċċji għandhom jingħataw skond il-Kapitolu 5, applikat mutatis mutandis;

(b) madanakollu, fejn il-persuna konċernata kienet suġġetta għal żewġ leġislazzjonijiet, jew aktar, tat-tip A u minn mindu bdiet tirċievi l-benefiċċju ma kinitx suġġetta għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor, il-benefiċċju għandu jingħata skond l-Artikolu 44(2).

2.  Jekk l-ammont totali tal-benefiċċju jew benefiċċji li għandhom jingħataw taħt il-paragrafu 1 ikun anqas mill-ammont tal-benefiċċji li l-persuna konċernata kienet tirċievi bl-ispejjeż għall-istituzzjoni li qabel kienet kompetenti għall-ħlas, dik l-istituzzjoni għandha tħallasha suppliment ekwivalenti għad-differenza bejn iż-żewġ ammonti.

3.  Jekk il-persuna konċernata mhix intitolata għal benefiċċji bl-ispejjeż għal istituzzjoni ta' Stat Membru ieħor, l-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li qabel kienet kompetenti għandha tħallas il-benefiċċji skond il-leġislazzjoni applikata minnha, u dan waqt li tieħu in konsiderazzjoni l-aggravazzjoni u, fejn jixraq, l-Artikolu 45.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 47 1.

In the case of aggravation of an invalidity for which a person is receiving benefits under the legislation of one or more Member States, the following provisions shall apply, taking the aggravation into account:

(a) 

the benefits shall be provided in accordance with Chapter 5, applied mutatis mutandis;

(b) 

however, where the person concerned has been subject to two or more type A legislations and since receiving benefit has not been subject to the legislation of another Member State, the benefit shall be provided in accordance with Article 44(2).

Article 47 2.
If the total amount of the benefit or benefits payable under paragraph 1 is lower than the amount of the benefit which the person concerned was receiving at the expense of the institution previously competent for payment, that institution shall pay him/her a supplement equal to the difference between the two amounts.
Article 47 3.
If the person concerned is not entitled to benefits at the expense of an institution of another Member State, the competent institution of the Member State previously competent shall provide the benefits in accordance with the legislation it applies, taking into account the aggravation and, where appropriate, Article 45.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.