+Artikolu 51 Disposizzjonijiet speċjali fuq l-għadd flimkien ta' perjodi
---+Article 51 1.
---+Article 51 2.
---+Article 51 3.

Artikolu 51 Disposizzjonijiet speċjali fuq l-għadd flimkien ta' perjodi

Artikolu 51

Disposizzjonijiet speċjali fuq l-għadd flimkien ta' perjodi

1.  Meta l-leġislazzjoni ta' Stat Membru tagħmel l-għoti ta' ċerti benefiċċji kondizzjonali fuq il-perjodi ta' assigurazzjoni magħmula biss f'attività speċifika bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha jew f'xi ħidma li hija suġġetta għal skema speċjali għal persuni impjegati jew għal persuni li jaħdmlu għal rashom, l-istituzzjoni kompetenti ta' dak l-Istat Membru għandha tqis il-perjodi magħmula taħt il-leġislazzjoni ta' Stati Membri oħra biss jekk dawn il-perjodi kienu magħmula taħt skema korrispondenti jew, jekk dan ma jkunx il-każ, fl-istess ħidma, jew fejn jixraq, fl-istess attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha.

Jekk, wara li kienu ikkunsidrati l-perjodi magħmulin b'dan il-mod, il-persuna konċernata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet biex tirċievi il-benefiċċji ta' skema speċjali, dawn il-perjodi għandhom jitqiesu għall-għanijiet ta' l-għoti tal-benefiċċji ta' l-iskema ġenerali jew, jekk dan ma jkunx il-każ, ta' l-iskema applikabbli għal ħaddiema li jaħdmu b'idejhom jew għal ħaddiema klerikali, skond il-każ. Dan iżda bil-kondizzjoni li l-persuna konċernata kienet miktuba f'waħda jew l-oħra minn dawn l-iskemi.

2.  Il-perjodi ta' assigurazzjoni magħmula taħt skema speċjali ta' Stat Membru għandhom jitqiesu għall-għanijiet ta' għoti ta' benefiċċji ta' l-iskema ġenerali jew, jekk ma jkunx hemm skema ġenerali, ta' l-iskema li tapplika għal ħaddiema li jaħdmu b'idejhom jew għal ħaddiema klerikali, skond il-każ, ta' Stat Membru ieħor u dan anki jekk dawk il-perjodi tqiesu diġà f'dan l-Istat Membru taħt skema speċjali. Dan iżda bil-kondizzjoni li l-persuna konċernata kienet miktuba f'waħda jew l-oħra minn dawk l-iskemi.

▼M1

3.  Fejn il-leġiżlazzjoni jew l-iskema speċifika ta’ Stat Membru jagħmel l-akkwist, iż-żamma jew l-irkuprar tad-dritt għall-benefiċċji suġġett li l-persuna kkonċernata li tkun assigurata fiż-żmien tal-materjalizzazzjoni tar-riskju, din il-kondizzjoni għandha tiġi kkunsidrata li ġiet sodisfatta jekk dik il-persuna kienet assigurata qabel taħt il-leġiżlazzjoni jew skema speċifika ta’ dak l-Istati Membru u tkun, fiż-żmien meta jseħħ ir-riskju, assigurata taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor għall-istess riskju jew, fin-nuqqas ta’ dan, benefiċċju huwa dovut taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor għall-istess riskju. Il-kondizzjoni tal-aħħar għandha titqies, madankollu, li ġiet sodisfatta fil-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 57.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 51 1.
Where the legislation of a Member State makes the granting of certain benefits conditional upon the periods of insurance having been completed only in a specific activity as an employed or self-employed person or in an occupation which is subject to a special scheme for employed or self-employed persons, the competent institution of that Member State shall take into account periods completed under the legislation of other Member States only if completed under a corresponding scheme or, failing that, in the same occupation, or where appropriate, in the same activity as an employed or self-employed person.

If, account having been taken of the periods thus completed, the person concerned does not satisfy the conditions for receipt of the benefits of a special scheme, these periods shall be taken into account for the purposes of providing the benefits of the general scheme or, failing that, of the scheme applicable to manual or clerical workers, as the case may be, provided that the person concerned had been affiliated to one or other of those schemes.

Article 51 2.
The periods of insurance completed under a special scheme of a Member State shall be taken into account for the purposes of providing the benefits of the general scheme or, failing that, of the scheme applicable to manual or clerical workers, as the case may be, of another Member State, provided that the person concerned had been affiliated to one or other of those schemes, even if those periods have already been taken into account in the latter Member State under a special scheme.
Article 51 3.
Where the legislation or specific scheme of a Member State makes the acquisition, retention or recovery of the right to benefits conditional upon the person concerned being insured at the time of the materialisation of the risk, this condition shall be regarded as having been satisfied if that person has been previously insured under the legislation or specific scheme of that Member State and is, at the time of the materialisation of the risk, insured under the legislation of another Member State for the same risk or, failing that, if a benefit is due under the legislation of another Member State for the same risk. The latter condition shall, however, be deemed to be fulfilled in the cases referred to in Article 57.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.