|
+Artikolu 64 Persuni li mhumiex impjegati li jmorru fi Stat Membru ieħor ---+Article 64 1. ---+Article 64 2. ---+Article 64 3. ---+Article 64 4. |
Artikolu 64 Persuni li mhumiex impjegati li jmorru fi Stat Membru ieħorArtikolu 64 Persuni li mhumiex impjegati li jmorru fi Stat Membru ieħor 1. Jekk persuna li ma għandha l-ebda impjieg u li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti biex tkun intitolata għal benefiċċji, tmur fi Stat Membru ieħor sabiex tfittex impjieg hemmhekk, din il-persuna għandha tibqa' intitolata għal benefiċċji li jingħataw fi flus meta persuna ma tkunx impjegata, iżda dan bil-kondizzjonijiet u fil-limiti li ġejjin: (a) qabel it-tluq tagħha, il-persuna li ma għandhiex impjieg trid tkun ilha reġistrata bħala persuna li qiegħda tfittex impjieg u trid tkun baqgħet disponibbli għas-servizzi ta' impjieg ta' l-Istat Membru kompetenti għal ta' l-anqas erba' ġimgħat wara li spiċċat bla xogħol. Madanakollu, is-servizzi jew istituzzjonijiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw it-tluq tagħha qabel ma jgħaddu dawn l-erba' ġimgħat; (b) il-persuna li ma għandhiex impjieg għandha tirreġistra bħala persuna li qiegħda tfittex xogħol mas-servizzi ta' impjieg ta' l-Istat Membru fejn marret, għandha tkun suġġetta għall-proċedura ta' kontroll użata hemmhekk u għandha tirrispetta l-kondizzjonijiet stabbiliti taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru. Din il-kondizzjoni għandha titqies bħala sodisfatta għall-perjodu ta' qabel ir-reġistrazzjoni jekk il-persuna konċernata tirreġistra fi żmien sebat ijiem mill-jum li fih hija ma baqgħetx disponibbli għas-servizzi ta' impjieg ta' l-Istat Membru minn fejn telqet. F'każijiet eċċezzjonali, is-servizzi jew l-istituzzjonijiet kompetenti jistgħu jtawwlu dan il-perjodu; (ċ) il-persuna għandha tibqa' intitolata għal benefiċċji għal perjodu ta' tlett xhur mill-jum li fih ma baqgħetx disponibbli għas-servizzi ta' impjieg ta' l-Istat Membru minn fejn telqet, u dan bil-kondizzjoni li l-perjodu totali li matulu ingħataw benefiċċji ma jaqbiżx it-tul totali tal-perjodu li matulu din il-persuna hija intitolata għal benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru; is-servizzi jew l-istituzzjonijiet kompetenti jistgħu jtawwlu l-perjodu ta' tlett xhur għal massimu ta' sitt xhur; (d) il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni kompetenti skond il-leġislazzjoni applikata minnha u bl-ispejjeż għaliha stess. 2. Jekk il-persuna konċernata tmur lura lejn l-Istat Membru fil-jum jew qabel il-jum li jispiċċa l-perjodu li matulu kienet intitolata għal benefiċċji taħt il-paragrafu 1(c), hija għandha tibqa' intitolata għal benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru. Din il-persuna iżda ma tibqax intitolata għal benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti jekk ma tmurx lura lejn dak l-Istat fil-jum jew qabel il-jum li fih jispiċċa l-perjodu msemmi, sakemm id-disposizzjonijiet ta' dik il-leġislazzjoni ma jkunux aktar favorevoli. F'każijiet eċċezzjonali, is-servizzi jew l-istituzzjonijiet kompetenti jistgħu jagħtu permess lill-persuna konċernata biex tmur lura f'data wara li jispiċċa l-perjodu msemmi u xorta tibqa' intitolata għal benefiċċji. 3. Sakemm il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti ma tkunx aktar favorevoli, bejn żewġ perjodi ta' impjieg, il-perjodu massimu totali li matulu l-persuna tibqa' intitolata għal benefiċċji taħt il-paragrafu 1 għandu jkun ta' tlett xhur; is-servizzi jew l-istituzzjonijiet kompetenti jistgħu jtawwlu dan il-perjodu sa' massimu ta' sitt xhur. 4. L-arranġamenti għal skambji ta' informazzjoni, koperazzjoni u assistenza reċiproka bejn l-istituzzjonijiet u servizzi ta' l-Istat Membru kompetenti u ta' l-Istat Membru fejn il-persuna marret biex tfittex xogħol huma stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|