+CHAPTER 6 Unemployment benefits
---+Artikolu 61 Regoli speċjali dwar l-għadd flimkien ta' perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rashom
------+Article 61 1.
------+Article 61 2.
---+Artikolu 62 Kalkulazzjoni ta' benefiċċji
------+Article 62 1.
------+Article 62 2.
------+Article 62 3.
---+Artikolu 63 Dispożizzjonijiet speċjali għat-tneħħija tar-regoli dwar ir-residenza
---+Artikolu 64 Persuni li mhumiex impjegati li jmorru fi Stat Membru ieħor
------+Article 64 1.
------+Article 64 2.
------+Article 64 3.
------+Article 64 4.
---+Artikolu 65 Persuni li ma għandhomx xogħol li kienu residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti
------+Article 65 1.
------+Article 65 2.
------+Article 65 3.
------+Article 65 4.
------+Article 65 5.
------+Article 65 6.
------+Article 65 7.
------+Article 65 8.
---+Artikolu 65a Dispożizzjoni speċjali għall-ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom li jinsabu totalment qiegħda fejn ma teżisti l-ebda sistema ta’ benefiċċji ta’ qgħad li tkopri persuni li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru ta’ residenza
------+Article 65a 1.
------+Article 65a 2.
------+Article 65a 3.
|
CHAPTER 6 Unemployment benefits
CHAPTER 6 Unemployment benefits
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 61 Regoli speċjali dwar l-għadd flimkien ta' perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rashom
|
Artikolu 61 Regoli speċjali dwar l-għadd flimkien ta' perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rashom 1. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tagħmel il-kisba, iż-żamma, l-irkupru jew it-tul tad-dritt għal benefiċċji kondizzjonali fuq l-ikkompletar ta' perjodi ta' assigurazzjoni, jew ta' perjodi ta' impjieg jew ta' perjodi ta' impjieg għal rashom għandha, sa fejn ikun meħtieġ, tikkunsidra perjodi ta' assigurazzjoni, impjieg jew impjieg għal rashom magħmula taħt il-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru ieħor bħallikieku saru taħt il-leġislazzjoni applikata minnha. Madanakollu, meta l-leġislazzjoni applikabbli tagħmel id-dritt għal benefiċċji kondizzjonali fuq l-ikkompletar ta' perjodi ta' assigurazzjoni, il-perjodi ta' impjieg jew impjieg għal rashom magħmula taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor ma għandhomx jitqiesu. Dan iżda ma japplikax jekk dawn il-perjodi kienu jitqiesu bħala perjodi ta' assigurazzjoni li kieku kienu magħmula skond il-leġislazzjoni applikabbli. 2. Minbarra fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 65(5)(a), l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun kondizzjonali fuq:
— perjodi ta' assigurazzjoni, jekk dik il-leġislazzjoni titlob perjodi ta' assigurazzjoni,
— perjodi ta'impjieg, jekk dik il-leġislazzjoni titlob perjodi ta' impjieg, jew
— perjodi ta'impjieg għal rasha, jekk dik il-leġislazzjoni titlob perjodi ta' impjieg għal rasha, li l-persuna konċernata l-aħħar li ikkompletat, skond il-leġislazzjoni li taħtha qegħdin jintalbu l-benefiċċji.
|
|
Artikolu 62 Kalkulazzjoni ta' benefiċċji
|
Artikolu 62 Kalkulazzjoni ta' benefiċċji 1. L-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu taħseb għall-kalkulazzjoni ta' benefiċċji fuq il-bażi ta' l-ammont tal-paga li l-persuna kellha qabel jew fuq dħul professjonali għandha tikkunsidra biss il-paga jew id-dħul professjonali li l-persuna konċernata rċeviet fir-rigward ta' l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha taħt il-leġislazzjoni msemmija. 2. Il-paragrafu 1 għandhu japplika wkoll meta l-leġislazzjoni amministrata mill-istituzzjoni kompetenti taħseb għal perjodu ta' referenza speċifiku għad-determinazzjoni tal-paga li sservi bħala bażi għall-kalkulazzjoni ta' benefiċċji u meta, għall-perjodu kollu jew għal parti minnu, il-persuna konċernata kienet suġġetta għal-leġislazzjoni ta' Stat Membru ieħor. 3. B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, sa fejn huma konċernati l-
►M1
persuni qiegħda ◄ koperti mill-Artikolu 65(5)(a), l-istituzzjoni tal-post ta' residenza għandha tikkunsidra l-paga jew id-dħul professjonali li l-persuna konċernata rċeviet fl-Istat Membru li kienet suġġetta għal-leġislazzjoni tiegħu matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna impjegata għal rasha, skond ir-Regolament ta' Implimentazzjoni.
▼M3
|
|
Artikolu 63 Dispożizzjonijiet speċjali għat-tneħħija tar-regoli dwar ir-residenza
|
Artikolu 63 Dispożizzjonijiet speċjali għat-tneħħija tar-regoli dwar ir-residenza Għall-fini ta’ dan il-Kapitolu, l-Artikolu 7 għandu japplika biss f’każijiet previsti mill-Artikoli 64, 65 u 65a u fil-limiti preskritti fihom.
▼B
|
|
Artikolu 64 Persuni li mhumiex impjegati li jmorru fi Stat Membru ieħor
|
Artikolu 64 Persuni li mhumiex impjegati li jmorru fi Stat Membru ieħor 1. Jekk persuna li ma għandha l-ebda impjieg u li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti biex tkun intitolata għal benefiċċji, tmur fi Stat Membru ieħor sabiex tfittex impjieg hemmhekk, din il-persuna għandha tibqa' intitolata għal benefiċċji li jingħataw fi flus meta persuna ma tkunx impjegata, iżda dan bil-kondizzjonijiet u fil-limiti li ġejjin:
(a) qabel it-tluq tagħha, il-persuna li ma għandhiex impjieg trid tkun ilha reġistrata bħala persuna li qiegħda tfittex impjieg u trid tkun baqgħet disponibbli għas-servizzi ta' impjieg ta' l-Istat Membru kompetenti għal ta' l-anqas erba' ġimgħat wara li spiċċat bla xogħol. Madanakollu, is-servizzi jew istituzzjonijiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw it-tluq tagħha qabel ma jgħaddu dawn l-erba' ġimgħat;
(b) il-persuna li ma għandhiex impjieg għandha tirreġistra bħala persuna li qiegħda tfittex xogħol mas-servizzi ta' impjieg ta' l-Istat Membru fejn marret, għandha tkun suġġetta għall-proċedura ta' kontroll użata hemmhekk u għandha tirrispetta l-kondizzjonijiet stabbiliti taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru. Din il-kondizzjoni għandha titqies bħala sodisfatta għall-perjodu ta' qabel ir-reġistrazzjoni jekk il-persuna konċernata tirreġistra fi żmien sebat ijiem mill-jum li fih hija ma baqgħetx disponibbli għas-servizzi ta' impjieg ta' l-Istat Membru minn fejn telqet. F'każijiet eċċezzjonali, is-servizzi jew l-istituzzjonijiet kompetenti jistgħu jtawwlu dan il-perjodu;
(ċ) il-persuna għandha tibqa' intitolata għal benefiċċji għal perjodu ta' tlett xhur mill-jum li fih ma baqgħetx disponibbli għas-servizzi ta' impjieg ta' l-Istat Membru minn fejn telqet, u dan bil-kondizzjoni li l-perjodu totali li matulu ingħataw benefiċċji ma jaqbiżx it-tul totali tal-perjodu li matulu din il-persuna hija intitolata għal benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru; is-servizzi jew l-istituzzjonijiet kompetenti jistgħu jtawwlu l-perjodu ta' tlett xhur għal massimu ta' sitt xhur;
(d) il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni kompetenti skond il-leġislazzjoni applikata minnha u bl-ispejjeż għaliha stess.
2. Jekk il-persuna konċernata tmur lura lejn l-Istat Membru fil-jum jew qabel il-jum li jispiċċa l-perjodu li matulu kienet intitolata għal benefiċċji taħt il-paragrafu 1(c), hija għandha tibqa' intitolata għal benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru. Din il-persuna iżda ma tibqax intitolata għal benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti jekk ma tmurx lura lejn dak l-Istat fil-jum jew qabel il-jum li fih jispiċċa l-perjodu msemmi, sakemm id-disposizzjonijiet ta' dik il-leġislazzjoni ma jkunux aktar favorevoli. F'każijiet eċċezzjonali, is-servizzi jew l-istituzzjonijiet kompetenti jistgħu jagħtu permess lill-persuna konċernata biex tmur lura f'data wara li jispiċċa l-perjodu msemmi u xorta tibqa' intitolata għal benefiċċji. 3. Sakemm il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti ma tkunx aktar favorevoli, bejn żewġ perjodi ta' impjieg, il-perjodu massimu totali li matulu l-persuna tibqa' intitolata għal benefiċċji taħt il-paragrafu 1 għandu jkun ta' tlett xhur; is-servizzi jew l-istituzzjonijiet kompetenti jistgħu jtawwlu dan il-perjodu sa' massimu ta' sitt xhur. 4. L-arranġamenti għal skambji ta' informazzjoni, koperazzjoni u assistenza reċiproka bejn l-istituzzjonijiet u servizzi ta' l-Istat Membru kompetenti u ta' l-Istat Membru fejn il-persuna marret biex tfittex xogħol huma stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni.
|
|
Artikolu 65 Persuni li ma għandhomx xogħol li kienu residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti
|
Artikolu 65 Persuni li ma għandhomx xogħol li kienu residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti 1. Persuna li hija parzjalment jew b'mod intermittenti mingħajr xogħol u li, matul l-aħħar attività tagħha bħal persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, kienet residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għall-persuna li tħaddimha jew għas-servizzi ta' impjieg fl-Istat Membru kompetenti. Din il-persuna għandha tirċievi benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti bħallikieku hija kienet residenti f'dak l-Istat Membru. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti. 2. Persuna li ma għandha l-ebda impjieg u li, matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, kienet residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti u li tibqa' residenti f'dak l-Istat Membru jew tmur lura lejn dak l-Istat Membru, għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi ta' impjieg fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 64, persuna li ma għandha l-ebda impjieg tista, bħala pass supplimentari, tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi ta' impjieg ta' l-Istat Membru fejn hija wettqet l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha. Persuna li ma għandhiex impjieg, minbarra persuna li taħdem bejn il-fruntieri, li ma tmurx lura lejn l-Istat Membru ta' residenza tagħha, għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi ta' impjieg fl-Istat Membru fejn l-aħħar li kienet suġġetta għal-leġislazzjoni tiegħu. 3. Il-persuna li ma għandhiex xogħol imsemmija fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 għandha tirreġistra bħala persuna li qiegħda tfittex impjieg mas-servizzi ta' impjieg kompetenti ta' l-Istat Membru fejn hija għandha r-residenza tagħha. Hija għandha tkun suġġetta għall-proċedura ta' kontroll użata hemmhekk u għandha tirrispetta l-kondizzjonijiet stabbiliti mil-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru. Jekk din il-persuna tagħżel li tirreġistra wkoll bħala persuna li qiegħda tfittex xogħol fl-Istat Membru fejn hija wettqet l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, hija għandha tirrispetta l-obbligi li japplikaw f'dak l-Istat. 4. L-implimentazzjoni tat-tieni sentenza tal-paragrafu 2 u tat-tieni sentenza tal-paragrafu 3, kif ukoll l-arranġamenti għal skambji ta' informazzjoni, koperazzjoni u assitenza reċiproka bejn l-istituzzjonijiet u s-servizzi ta' l-Istat Membru ta' residenza u l-Istat Membru fejn il-persuna wettqet l-aħħar attività tagħha, għandhom ikunu stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni. 5.
(a) Il-persuna li ma għandhiex impjieg imsemmija fl-ewwel u fit-tieni sentenza tal-paragrafu 2 għandha tirċievi benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha bħallikieku kienet suġġetta għal dik il-leġislazzjoni matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza.
(b) Madankollu, ħaddiem, minbarra ħaddiem li jaħdem bejn il-fruntieri, li rċieva benefiċċji bl-ispejjeż għall-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li l-aħħar li kien suġġett għal-leġislazzjoni tiegħu, għandu malli jmur lura lejn l-Istat Membru fejn għandu r-residenza tiegħu, l-ewwel jirċievi benefiċċji skond l-Artikolu 64. Il-benefiċċji skond (a) għandhom ikunu sospiżi matul il-perjodu li fih jirċievi benefiċċji taħt il-leġislazzjoni li l-aħħar li kien suġġett tagħha.
6. Il-benefiċċji mogħtija mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza taħt il-paragrafu 5 għandhom jibqgħu bl-ispejjeż għaliha stess. Madanakollu, mingħajr ħsara għall-paragrafu 7, l-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li l-aħħar li kien suġġett għal-leġislazzjoni tiegħu, għandha tħallas lura lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza l-ammont kollu tal-benefiċċji mogħtija minn din ta' l-aħħar matul l-ewwel tlett xhur. L-ammont tal-ħlas lura matul dan il-perjodu ma jistax ikun aktar mill-ammont pagabbli, fil-każ li persuna ma tkunx impjegata, taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 5(b), il-perjodu li matulu jingħataw benefiċċji taħt l-Artikolu 64 għandu jitnaqqas mill-perjodu msemmi fit-tieni sentenza ta' dan il-paragrafu. L-arranġamenti għall-ħlas lura għandhom ikunu stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni. 7. Madanakollu, il-perjodu ta' ħlas lura msemmi fil-paragrafu 6 għandu jkun imtawwal għal ħames xhur meta l-persuna konċernata tkun, matul l-24 xahar ta' qabel, għamlet perjodi ta' impjieg jew ta' impjieg għal rasha ta' mill-anqas 12-il xahar fl-Istat Membru li l-aħħar li kienet suġġetta għal-leġislazzjoni tiegħu u dan meta dawn il-perjodi jikkwalifikaw għall-għanijiet ta' biex wieħed jara jekk persuna hix intitolata għal benefiċċji marbuta mal-fatt li persuna ma għandhiex xogħol. 8. Għall-għanijiet tal-paragrafi 6 u 7, żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaħsbu għal metodi oħra dwar kif isir il-ħlas lura jew jistgħu jirrinunzjaw għal kull ħlas lura bejn l-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom.
▼M3
|
|
Artikolu 65a Dispożizzjoni speċjali għall-ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom li jinsabu totalment qiegħda fejn ma teżisti l-ebda sistema ta’ benefiċċji ta’ qgħad li tkopri persuni li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru ta’ residenza
|
Artikolu 65a Dispożizzjoni speċjali għall-ħaddiema transkonfinali li jaħdmu għal rashom li jinsabu totalment qiegħda fejn ma teżisti l-ebda sistema ta’ benefiċċji ta’ qgħad li tkopri persuni li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru ta’ residenza 1. B’deroga mill-Artikolu 65, persuna totalment qiegħda li, bħala ħaddiema transkonfinali, reċentement wettqet perjodi sħaħ ta’ assigurazzjoni bħala persuna li taħdem għal rasha jew perjodi ta’ ħidma għal rasha rrikonoxxuti għall-finijiet tal-għoti ta’ benefiċċji ta’ qgħad fi Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru ta’ residenza tagħha u li l-Istat Membru ta’ residenza tagħha bagħat notifika li ma hemm l-ebda possibbilità li kwalunkwe kategorija ta’ persuni li jaħdmu għal rashom tiġi koperta mis-sistema ta’ benefiċċji ta’ qgħad ta’ dak l-Istat Membru, għandha tirreġistra mas-servizzi tal-impjiegi u tagħmel lilha nnifisha disponibbli għalihom fl-Istat Membru li fih hija wettqet l-aħħar attività bħala persuna li taħdem għal rasha u, meta hija tapplika għall-benefiċċji, għandha kontinwament taderixxi mal-kondizzjonijiet stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar. Il-persuna totalment qiegħda tista’, bħala pass supplimentari, tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru tar-residenza. 2. Il-benefiċċji għandhom jiġu pprovduti lill-persuna totalment qiegħda msemmija fil-paragrafu 1 mill-aħħar Stat Membru li l-persuna kienet soġġetta għal-leġiżlazzjoni tiegħu f’konformità mal-leġiżlazzjoni li dak l-Istat Membru japplika. 3. Jekk il-persuna totalment qiegħda msemmija fil-paragrafu 1 ma tixtieqx issir jew tibqa’ disponibbli għas-servizzi tal-impjiegi tal-Istat Membru tal-aħħar attività wara li tkun irreġistrat hemm, u tixtieq tfittex xogħol fl-Istat Membru tar-residenza, l-Artikolu 64 għandu japplika mutatis mutandis, minbarra għall-Artikolu 64(1)(a). L-istituzzjoni kompetenti tista’ testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 64(1)(c) sal-aħħar tal-perjodu tad-dritt għall-benefiċċji.
▼B
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|