|
+Artikolu 65 Persuni li ma għandhomx xogħol li kienu residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti ---+Article 65 1. ---+Article 65 2. ---+Article 65 3. ---+Article 65 4. ---+Article 65 5. ---+Article 65 6. ---+Article 65 7. ---+Article 65 8. |
Artikolu 65 Persuni li ma għandhomx xogħol li kienu residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat kompetentiArtikolu 65 Persuni li ma għandhomx xogħol li kienu residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat kompetenti 1. Persuna li hija parzjalment jew b'mod intermittenti mingħajr xogħol u li, matul l-aħħar attività tagħha bħal persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, kienet residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għall-persuna li tħaddimha jew għas-servizzi ta' impjieg fl-Istat Membru kompetenti. Din il-persuna għandha tirċievi benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti bħallikieku hija kienet residenti f'dak l-Istat Membru. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti. 2. Persuna li ma għandha l-ebda impjieg u li, matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, kienet residenti fi Stat Membru li mhux l-Istat Membru kompetenti u li tibqa' residenti f'dak l-Istat Membru jew tmur lura lejn dak l-Istat Membru, għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi ta' impjieg fl-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 64, persuna li ma għandha l-ebda impjieg tista, bħala pass supplimentari, tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi ta' impjieg ta' l-Istat Membru fejn hija wettqet l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha. Persuna li ma għandhiex impjieg, minbarra persuna li taħdem bejn il-fruntieri, li ma tmurx lura lejn l-Istat Membru ta' residenza tagħha, għandha tagħmel lilha nnifisha disponibbli għas-servizzi ta' impjieg fl-Istat Membru fejn l-aħħar li kienet suġġetta għal-leġislazzjoni tiegħu. 3. Il-persuna li ma għandhiex xogħol imsemmija fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 2 għandha tirreġistra bħala persuna li qiegħda tfittex impjieg mas-servizzi ta' impjieg kompetenti ta' l-Istat Membru fejn hija għandha r-residenza tagħha. Hija għandha tkun suġġetta għall-proċedura ta' kontroll użata hemmhekk u għandha tirrispetta l-kondizzjonijiet stabbiliti mil-leġislazzjoni ta' dak l-Istat Membru. Jekk din il-persuna tagħżel li tirreġistra wkoll bħala persuna li qiegħda tfittex xogħol fl-Istat Membru fejn hija wettqet l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, hija għandha tirrispetta l-obbligi li japplikaw f'dak l-Istat. 4. L-implimentazzjoni tat-tieni sentenza tal-paragrafu 2 u tat-tieni sentenza tal-paragrafu 3, kif ukoll l-arranġamenti għal skambji ta' informazzjoni, koperazzjoni u assitenza reċiproka bejn l-istituzzjonijiet u s-servizzi ta' l-Istat Membru ta' residenza u l-Istat Membru fejn il-persuna wettqet l-aħħar attività tagħha, għandhom ikunu stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni. 5. (a) Il-persuna li ma għandhiex impjieg imsemmija fl-ewwel u fit-tieni sentenza tal-paragrafu 2 għandha tirċievi benefiċċji skond il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru fejn għandha r-residenza tagħha bħallikieku kienet suġġetta għal dik il-leġislazzjoni matul l-aħħar attività tagħha bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza. (b) Madankollu, ħaddiem, minbarra ħaddiem li jaħdem bejn il-fruntieri, li rċieva benefiċċji bl-ispejjeż għall-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li l-aħħar li kien suġġett għal-leġislazzjoni tiegħu, għandu malli jmur lura lejn l-Istat Membru fejn għandu r-residenza tiegħu, l-ewwel jirċievi benefiċċji skond l-Artikolu 64. Il-benefiċċji skond (a) għandhom ikunu sospiżi matul il-perjodu li fih jirċievi benefiċċji taħt il-leġislazzjoni li l-aħħar li kien suġġett tagħha. 6. Il-benefiċċji mogħtija mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza taħt il-paragrafu 5 għandhom jibqgħu bl-ispejjeż għaliha stess. Madanakollu, mingħajr ħsara għall-paragrafu 7, l-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li l-aħħar li kien suġġett għal-leġislazzjoni tiegħu, għandha tħallas lura lill-istituzzjoni tal-post ta' residenza l-ammont kollu tal-benefiċċji mogħtija minn din ta' l-aħħar matul l-ewwel tlett xhur. L-ammont tal-ħlas lura matul dan il-perjodu ma jistax ikun aktar mill-ammont pagabbli, fil-każ li persuna ma tkunx impjegata, taħt il-leġislazzjoni ta' l-Istat Membru kompetenti. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 5(b), il-perjodu li matulu jingħataw benefiċċji taħt l-Artikolu 64 għandu jitnaqqas mill-perjodu msemmi fit-tieni sentenza ta' dan il-paragrafu. L-arranġamenti għall-ħlas lura għandhom ikunu stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni. 7. Madanakollu, il-perjodu ta' ħlas lura msemmi fil-paragrafu 6 għandu jkun imtawwal għal ħames xhur meta l-persuna konċernata tkun, matul l-24 xahar ta' qabel, għamlet perjodi ta' impjieg jew ta' impjieg għal rasha ta' mill-anqas 12-il xahar fl-Istat Membru li l-aħħar li kienet suġġetta għal-leġislazzjoni tiegħu u dan meta dawn il-perjodi jikkwalifikaw għall-għanijiet ta' biex wieħed jara jekk persuna hix intitolata għal benefiċċji marbuta mal-fatt li persuna ma għandhiex xogħol. 8. Għall-għanijiet tal-paragrafi 6 u 7, żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaħsbu għal metodi oħra dwar kif isir il-ħlas lura jew jistgħu jirrinunzjaw għal kull ħlas lura bejn l-istituzzjonijiet li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|