+Artikolu 68 Regoli dwar preċedenza fil-każ ta'overlapping
---+Article 68 1.
---+Article 68 2.
---+Article 68 3.
|
Artikolu 68 Regoli dwar preċedenza fil-każ ta'overlapping
Artikolu 68 Regoli dwar preċedenza fil-każ ta' overlapping
1. Meta, matul l-istess perjodu u għall-istess membri tal-familja, jingħataw benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta' aktar minn Stat Membru wieħed, dawn ir-regoli dwar preċedenza għandhom japplikaw:
(a) fil-każ ta' benefiċċji li għandhom jitħallsu minn aktar minn Stat Membru wieħed fuq bażijiet differenti, l-ordni ta' preċedenza għandha tkun kif ġej: l-ewwel nett, drittijiet mogħtija fuq il-bażi ta' attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha, it-tieni nett, drittijiet mogħtija fuq il-bażi ta' riċeviment ta' pensjoni, u fl-aħħar nett, drittijiet miksuba fuq il-bażi ta' residenza;
(b) fil-każ ta' benefiċċji li għandhom jitħallsu minn aktar minn Stat Membru wieħed fuq l-istess bażi, l-ordni ta' preċedenza għandha tkun stabbilita b'referenza għal kriterji sussidjarji li ġejjin:
(i) fil-każ ta' drittijiet mogħtija fuq il-bażi ta' attività bħala persuna impjegata jew bħala persuna li taħdem għal rasha: il-post ta' residenza tat-tfal, sakemm ikun hemm attività bħal din, u b'mod addizzjonali, fejn jixraq, l-akbar ammont ta' benefiċċji mogħti mill-leġislazzjonijiet differenti. Fil-każ imsemmi l-aħħar, l-ispejjeż tal-benefiċċji għandhom jinqassmu skond il-kriterji stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni;
(ii) fil-każ ta' drittijiet mogħtija fuq il-bażi ta' riċeviment ta' pensjonijiet: il-post ta' residenza tat-tfal, sakemm pensjoni hija pagabbli taħt il-leġislazzjoni ta' dan il-post, u b'mod addizzjonali, fejn jixraq, l-itwal perjodu ta' assigurazzjoni jew residenza taħt il-leġislazzjonijiet differenti;
(iii) fil-każ ta' drittijiet mogħtija fuq il-bażi ta' residenza: il-post ta' residenza tat-tfal.
2. Fil-każ li jkun hemm overlapping bejn il-benefiċċji li għalihom hija intitolata persuna, benefiċċji marbutin mal-familja għandhom jingħataw skond il-leġislazzjoni indikata bħala l-leġislazzjoni li għandha preċedenza skond il-paragrafu 1. L-intitolar għal benefiċċji tal-familja taħt leġislazzjoni jew leġislazzjonijiet oħrajn li ma jaqblux għandu jkun sospiż sa' l-ammont stabbilit mill-ewwel leġislazzjoni u għandu jingħata suppliment biex jagħmel tajjeb għad-differenza, jekk ikun meħtieġ, fis-somma li taqbeż dan l-ammont. Madanakollu, dan is-suppliment ma hemmx bżonn li jingħata fil-każ ta' tfal li huma residenti fi Stat Membru ieħor meta l-persuna tkun intitolata għall-benefiċċju konċernat fuq il-bażi ta' residenza biss. 3. Jekk, taħt l-Artikolu 67, tkun sottomessa applikazzjoni għal benefiċċji marbutin mal-familja lill-istituzzjoni kompetenti ta' Stat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu hija applikabbli, iżda mhux bi dritt ta' preċedenza skond il-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu:
(a) dik l-istituzzjoni għandha tibgħat dik l-applikazzjoni mingħajr dewmien lill-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li l-leġislazzjoni tapplika bi preċedenza, tinforma lill-persuna konċernata u, mingħajr ħsara għad-disposizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni dwar l-għoti proviżjonali ta' benefiċċji, tagħti jekk ikun hemm bżonn is-suppliment li jagħmel tajjeb għad-differenza msemmi fil-paragrafu 2;
(b) l-istituzzjoni kompetenti ta' l-Istat Membru li l-leġislazzjoni tiegħu tapplika bi preċedenza għandha tipproċessa din l-applikazzjoni bħallikieku kienet sottomessa direttament lilha, u d-data li fiha din l-applikazzjoni kienet sottomessa lill-ewwel istituzzjoni għandha titqies bħala d-data ta' meta saret it-talba lill-istituzzjoni li għandha preċedenza.
▼M1
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Article 68 1.
|
Where, during the same period and for the same family members, benefits are provided for under the legislation of more than one Member State the following priority rules shall apply:
(a)
in the case of benefits payable by more than one Member State on different bases, the order of priority shall be as follows: firstly, rights available on the basis of an activity as an employed or self-employed person, secondly, rights available on the basis of receipt of a pension and finally, rights obtained on the basis of residence;
(b)
in the case of benefits payable by more than one Member State on the same basis, the order of priority shall be established by referring to the following subsidiary criteria:
(i)
in the case of rights available on the basis of an activity as an employed or self-employed person: the place of residence of the children, provided that there is such activity, and additionally, where appropriate, the highest amount of the benefits provided for by the conflicting legislations. In the latter case, the cost of benefits shall be shared in accordance with criteria laid down in the Implementing Regulation;
(ii)
in the case of rights available on the basis of receipt of pensions: the place of residence of the children, provided that a pension is payable under its legislation, and additionally, where appropriate, the longest period of insurance or residence under the conflicting legislations;
(iii)
in the case of rights available on the basis of residence: the place of residence of the children.
|
|
Article 68 2.
|
In the case of overlapping entitlements, family benefits shall be provided in accordance with the legislation designated as having priority in accordance with paragraph 1. Entitlements to family benefits by virtue of other conflicting legislation or legislations shall be suspended up to the amount provided for by the first legislation and a differential supplement shall be provided, if necessary, for the sum which exceeds this amount. However, such a differential supplement does not need to be provided for children residing in another Member State when entitlement to the benefit in question is based on residence only.
|
|
Article 68 3.
|
If, under Article 67, an application for family benefits is submitted to the competent institution of a Member State whose legislation is applicable, but not by priority right in accordance with paragraphs 1 and 2 of this Article:
(a)
that institution shall forward the application without delay to the competent institution of the Member State whose legislation is applicable by priority, inform the person concerned and, without prejudice to the provisions of the Implementing Regulation concerning the provisional award of benefits, provide, if necessary, the differential supplement mentioned in paragraph 2;
(b)
the competent institution of the Member State whose legislation is applicable by priority shall deal with this application as though it were submitted directly to itself, and the date on which such an application was submitted to the first institution shall be considered as the date of its claim to the institution with priority.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|