+Artikolu 70 Disposizzjoni ġenerali
---+Article 70 1.
---+Article 70 2.
---+Article 70 3.
---+Article 70 4.

Artikolu 70 Disposizzjoni ġenerali

Artikolu 70

Disposizzjoni ġenerali

1.  Dan l-Artikolu għandu japplika għal benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji u li jingħataw fi flus taħt il-leġislazzjoni li, minħabba l-ambitu personali, objettivi u/jew kondizzjonijiet dwar l-intitolar, għandha karatteristiċi kemm tal-leġislazzjoni dwar is-sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3(1) u kemm ta' assistenza soċjali.

2.  Għall-għanijiet ta' dan il-Kapitolu, “benefiċċji speċjali li mhumiex kontributorji u li jingħataw fi flus” tfisser dawn il-benefiċċji li:

(a) huma maħsuba biex jagħtu jew:

(i) protezzjoni supplimentari, sostituta jew sekondarja kontra r-riskji koperti mill-fergħat ta' sigurtà soċjali msemmija fl-Artikolu 3(1), u li jiggarantixxu lill-persuni konċernati dħul minimu għall-għajxien fil-waqt li jikkunsidraw is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali fl-Istat Membru konċernat;

jew

(ii) protezzjoni speċifika biss għal persuni b'diżabilità, liema protezzjoni hija marbuta ma' l-ambjent soċjali tal-persuna konċernata fl-Istat Membru konċernat,

u

(b) meta l-iffinanzjar jiġi b'mod esklużiv minn taxxi obbligatorji maħsubin biex ikopru l-ispiża pubblika ġenerali u l-kondizzjonijiet biex jingħataw u biex ikunu ikkalkulati l-benefiċċji ma jiddependux fuq xi kontribuzzjoni fir-rigward tal-benefiċjarju. Madanakollu, benefiċċji mogħtija biex jissupplimentaw benefiċċju kontributorju ma għandhomx jitqiesu bħala benefiċċji kontributorji minħabba din ir-raġuni biss,

u

(ċ) huma elenkati fl-Anness X.

3.  L-Artikolu 7 l-kapitoli l-oħra ta' dan it-Titolu ma għandhomx japplikaw għall-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

4.  Il-benefiċċji msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jingħataw biss fl-Istat Membru fejn il-persuni konċernati għandhom ir-residenza tagħhom u skond il-leġislazzjoni ta' dan l-Istat Membru. Dawn il-benefiċċji għandhom jingħataw u għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post ta' residenza.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 70 1.
This Article shall apply to special non-contributory cash benefits which are provided under legislation which, because of its personal scope, objectives and/or conditions for entitlement, has characteristics both of the social security legislation referred to in Article 3(1) and of social assistance.
Article 70 2.

For the purposes of this Chapter, ‘special non-contributory cash benefits’ means those which:

(a) 

are intended to provide either:

(i) 

supplementary, substitute or ancillary cover against the risks covered by the branches of social security referred to in Article 3(1), and which guarantee the persons concerned a minimum subsistence income having regard to the economic and social situation in the Member State concerned;

or

(ii) 

solely specific protection for the disabled, closely linked to the said person's social environment in the Member State concerned,

and

(b) 

where the financing exclusively derives from compulsory taxation intended to cover general public expenditure and the conditions for providing and for calculating the benefits are not dependent on any contribution in respect of the beneficiary. However, benefits provided to supplement a contributory benefit shall not be considered to be contributory benefits for this reason alone,

and

(c) 

are listed in Annex X.

Article 70 3.
Article 7 and the other chapters of this Title shall not apply to the benefits referred to in paragraph 2 of this Article.
Article 70 4.
The benefits referred to in paragraph 2 shall be provided exclusively in the Member State in which the persons concerned reside, in accordance with its legislation. Such benefits shall be provided by and at the expense of the institution of the place of residence.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.