|
+Artikolu 74 Bord tal-Verifika |
Artikolu 74 Bord tal-VerifikaArtikolu 74 Bord tal-Verifika 1. Bord tal-Verifika għandu jkun mehmuż mal-Kummissjoni Amministrattiva. Il-komposizzjoni u l-metodi ta' ħidma tal-Bord tal-Verifika għandhom ikunu determinati mill-Kummissjoni Amministrattiva. Il-Bord tal-Verifika għandu: (a) jivverifika l-metodu ta' kif ikunu determinati u ikkalkulati l-ispejjeż medji annwali ippreżentati mill-Istati Membri; (ċ) jiġbor id-data meħtieġa u jwettaq il-kalkulazzjonijiet meħtieġa biex ikun stabbilit il-prospett annwali tat-talbiet ta' kull Stat Membru; (ċ) jagħti lill-Kummissjoni Amministrattiva kontijiet perjodiċi tar-riżultati ta' l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-aspett finanzjarju; (d) jagħti l-informazzjoni u r-rapporti meħtieġa biex il-Kummissjoni Amministrattiva tkun tista' tieħu deċiżjonijiet skond l-Artikolu 72(g); (e) jagħmel dawk is-suġġerimenti li jidhrulu rilevanti lill-Kummissjoni Amministrattiva, inklużi dawk dwar dan ir-Regolament, b'rabta mas-subparagrafi (a), (b) u (c); (f) iwettaq il-ħidma, l-studji u l-kompiti dwar kwistjonijiet li l-Kummissjoni Amministrattiva tirreferilu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|