|
+Artikolu 75 Kumitat ta' Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali ---+Article 75 1. ---+Article 75 2. |
Artikolu 75 Kumitat ta' Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà SoċjaliArtikolu 75 Kumitat ta' Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali 1. Kumitat ta' Konsulenza għall-Kordinazzjoni tas-Sistemi ta' Sigurtà Soċjali (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat ta' Konsulenza”) huwa hawnhekk stabbilit. Dan il-Kumitat għandu jinkludi, minn kull Stat Membru: (a) rappreżentant wieħed tal-gvern; (b) rappreżentant wieħed mit-trade unions; (ċ) rappreżentant wieħed mill-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem. Għal kull waħda mill-kategoriji msemmija hawn fuq, għandu jkun maħtur membru alternattiv għal kull Stat Membru. Il-membri u l-membri alternattivi tal-Kumitat ta' Konsulenza għandhom jinħatru mill-Kunsill. Il-Kumitat ta' Konsulenza għandu jkun presedut minn rappreżentant ►M3 tal-Kummissjoni Ewropea ◄ . Il-Kumitat ta' Konsulenza għandu jipprepara r-Regoli ta' Proċedura tiegħu stess. 2. Il-Kumitat ta' Konsulenza għandu jkollu s-setgħa li, fuq talba ►M3 tal-Kummissjoni Ewropea ◄ , tal-Kummissjoni Amministrattiva jew fuq inizjattiva tiegħu stess: (a) jeżamina kwistjonijiet ġenerali jew kwistjonijiet ta' prinċipju u problemi li jinqalgħu mill-implimentazzjoni ta' disposizzjonijiet Komunitarji dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali, b'mod speċjali dwar ċerti kategoriji ta' persuni; (b) jipprepara opinjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet għall-Kummissjoni Amministrattiva u wkoll proposti biex dawn id-disposizzjonijiet jkunu eżaminati mill-ġdid. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|