+TITLE VI TRANSITIONAL AND FINAL PROVISIONS
---+Artikolu 87 Disposizzjonijiet transitorji
------+Article 87 1.
------+Article 87 2.
------+Article 87 3.
------+Article 87 4.
------+Article 87 5.
------+Article 87 6.
------+Article 87 7.
------+Article 87 8.
------+Article 87 9.
------+Article 87 10.
------+Article 87 10a.
------+Article 87 10b.
------+Article 87 11.
---+Artikolu 87a Dispożizzjoni transizzjonali għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 465/2012
------+Article 87a 1.
------+Article 87a 2.
---+Artikolu 88 Aġġornament ta' l-Annessi
---+Artikolu 89 Regolament ta' Implimentazzjoni
---+Artikolu 90 Revoka
------+Article 90 1.
------+Article 90 2
---+Artikolu 91 Dħul fis-seħħ

TITLE VI TRANSITIONAL AND FINAL PROVISIONS

TITLE VI TRANSITIONAL AND FINAL PROVISIONS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 87 Disposizzjonijiet transitorji

Artikolu 87

Disposizzjonijiet transitorji

1.  L-ebda dritt ma jista' jinkiseb taħt dan ir-Regolament għall-perjodu ta' qabel il-jum ta' l-applikazzjoni tiegħu.

2.  Kull perjodu ta' assigurazzjoni u, fejn jixraq, kull perjodu ta' impjieg, impjieg għal rashom jew residenza magħmula taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru qabel il-jum ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istat Membru konċernat għandhom jitqiesu għad-determinazzjoni tad-drittijiet miksuba taħt dan ir-Regolament.

3.  Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, dritt għandu jinkiseb taħt dan ir-Regolament anki jekk dan jitratta kontinġenza li tqum qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istat Membru konċernat.

4.  Kull benefiċċji li ma ngħatax jew li kien sospiż minħabba ċ-ċittadinanza jew minħabba l-post ta' residenza tal-persuna konċernata għandhom, fuq talba ta' din il-persuna, jingħataw jew jitkomplew b'effett mid-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istat Membru konċernat, bil-kondizzjoni iżda li d-drittijiet li fir-rigward tagħhom kienu qabel ingħataw benefiċċji ma rriżultawx fi ħlas ta' somma waħda f'daqqa.

5.  Id-drittijiet ta' persuna li ngħatat pensjoni qabel il-jum ta' l-appikazzjoni ta' dan ir-Regolament fi Stat Membru jistgħu, fuq it-talba tal-persuna konċernata, jkunu eżaminati mill-ġdid fil-waqt li jkun ikkunsidrat dan ir-Regolament.

6.  Jekk talba msemmija fil-paragrafu 4 jew 5 tkun sottomessa fi żmien sentejn mill-jum ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fi Stat Membru, id-drittijiet miksuba skond dan ir-Regolament għandu jkollhom effett minn dak il-jum, u l-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru dwar it-telf jew il-limitazzjoni ta' drittijiet ma tistax tintuża kontra l-persuni konċernati.

7.  Jekk talba msemmija fil-paragrafi 4 jew 5 issir wara li jispiċċa l-perjodu ta' sentejn wara l-jum ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istat Membru konċernat, drittijiet li ma jkunux intilfu jew li ma jkunux preskritti għandu jkollhom effett mill-jum li fih tkun saret it-talba. Dan iżda mingħajr ħsara għal disposizzjonijiet aktar favorevoli taħt il-leġislazzjoni ta' xi Stat Membru.

▼M1

8.  Jekk, bħala riżultat ta’ dan ir-Regolament, persuna hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru barra minn dak determinat skont it-Titolu II tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, dik il-leġiżlazzjoni għandha tkompli tapplika sakemm is-sitwazzjoni relevanti tibqa’ ma nbidlitx u fi kwalunkwe każ għal perijodu mhux anqas minn 10 snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sakemm il-persuna kkonċernata ma titlobx li hija ssir suġġetta għal-leġiżlazzjoni applikabbli taħt dan ir-Regolament. It-talba għandha tiġi preżentata fi żmien tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu hi applikabbli taħt dan ir-Regolament jekk il-persuna kkonċernata għandha tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru sa mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk it-talba ssir wara l-limitu taż-żmien indikat, il-bidla tal-leġiżlazzjoni applikabbli għandha ssir fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara.

▼B

9.  L-Artikolu 55 ta' dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-pensjonijiet li mhumiex suġġetti għall-Artikolu 46c tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 fil-kum ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

10.  Id-disposizzjonijiet tat-tieni sentenza ta' l-Artikoli 65(2) u (3) għandhom japplikaw għall-Lussemburgu sa mhux aktar tard minn sentejn mill-jum ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

▼M1

10a.  L-entrati fl-Anness III li jikkorrispondu għall-Estonja, għal Spanja, għall-Italja, għal-Litwanja, għall-Ungerija u għall-Olanda għandhom jiskadu u jiġu mingħajr effett erba’ snin wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ‘il quddiem.

10b.  Il-lista li hemm fl-Anness III għandha tiġi riveduta mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2014+ abbażi ta’ rapport mill-Kummissjoni Amministrattiva. Dak ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-impatt tar-rilevanza, il-frekwenza, l-iskala u l-ispejjeż, kemm f’termini assoluti kif ukoll f’dawk relattivi, tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Anness III. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll l-effetti possibbli tat-tħassir ta’ dawk id-dispożizzjonijiet għal dawk l-Istati Membri li jibqgħu elenkati f’dan l-Anness wara d-data msemmija fil-paragrafu 10a. Fid-dawl ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-tressiq ta’ proposta dwar reviżjoni tal-lista bil-għan fil-prinċipju li l-lista tiġi mħassra sakemm ir-rapport tal-Kummissjoni Amministrattiva jipprovdi raġunijiet qawwija biex dan ma jseħħx.

▼B

11.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li tingħata informazzjoni xierqa dwar il-bidliet fid-drittijiet u fl-obbligi introdotti minn dan ir-Regolament u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni.

▼M3

Artikolu 87a Dispożizzjoni transizzjonali għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 465/2012

Artikolu 87a

Dispożizzjoni transizzjonali għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 465/2012

1.  Jekk, bħala riżultat tar-Regolament (UE) 465/2012, persuna tkun soġġetta, skont it-Titolu II ta’dan ir-Regolament, għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru differenti minn dak li għalih kienet soġġetta qabel dak id-dħulfis-seħħ, il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru applikabbli qabel dik id-data għandha tkompli tapplika għaliha għal perjodu tranżitorju sa meta s-sitwazzjoni rilevanti tibqa’ ma tinbidilx u, fi kwalunkwe każ, għal mhux aktar minn għaxar snin mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 465/2012. Tali persuna tista’ titlob li l-perjodu tranżitorju ma jibqgħax jgħodd għaliha. Din it-talba għandha tiġi ppreżentata lill-istituzzjoni nominata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ residenza. Talbiet ippreżentati sad-29 ta’ Settembru 2012 għandhom jitqiesu li ħadu effett mit-28 ta’ Ġunju 2012. Talbiet ippreżentati wara d-29 ta’ Settembru 2012 għandhom jieħdu effett fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara dak tal-preżentazzjoni tagħhom.

2.  Mhux aktar tard mid-29 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tevalwa l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 65a ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tagħhom. Abbażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni Ewropea, tista’, kif adatt, tippreżenta proposti biex temenda dawn id-dispożizzjonijiet.

▼B

Artikolu 88 Aġġornament ta' l-Annessi

Artikolu 88

Aġġornament ta' l-Annessi

L-Annessi ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu riveduti perjodikament.

Artikolu 89 Regolament ta' Implimentazzjoni

Artikolu 89

Regolament ta' Implimentazzjoni

Regolament ieħor għandu jistabbilixxi l-proċedura biex dan ir-Regolament ikun implimentat.

Artikolu 90 Revoka

Artikolu 90

Revoka

1.  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 għandu jkun revokat mill-jum ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Madanakollu, ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għandu jibqa' jgħodd u għandu jibqa' jkollu effett legali għall-għanijiet:

(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 ta' l-14 ta' Mejju 2003 li estenda d-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma kienux diġà koperti minn dawk id-disposizzjonijiet minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom biss ( 2 ), sakemm dak ir-Regolament ma kienx revokat jew mibdul;

(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1661/85 tat-13 ta' Ġunju 1985 li jistabbilixxi l-adattamenti tekniċi għar-regoli tal-Komunità dwar is-sigurtà soċjali għal ħaddiema immigranti fir-rigward ta' Greenland ( 3 ), sakemm dak ir-Regolament ma kienx revokat jew mibdul;

(ċ) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ( 4 ) u tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa waħda, u l-Konfiderazzjoni ta' l-Isvizzera, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu ta' persuni ( 5 ) u ftehim oħra li fihom referenza għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, sakemm dawn il-ftehim ma kienux modifikati fid-dawl ta' dan ir-Regolament.

2.  Referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 fid-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta' Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet għal pensjoni supplimentarja ta' persuni impjegati u ta' persuni li jaħdmu għal rashom u li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità ( 6 ) għandhom jinqraw bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 91 Dħul fis-seħħ

Artikolu 91

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-jum tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta' Implimentazzjoni.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 31.07.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32004R0883
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.