|
+Artikolu 90 Revoka ---+Article 90 1. ---+Article 90 2 |
Artikolu 90 RevokaArtikolu 90 Revoka 1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 għandu jkun revokat mill-jum ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Madanakollu, ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71 għandu jibqa' jgħodd u għandu jibqa' jkollu effett legali għall-għanijiet: (a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 ta' l-14 ta' Mejju 2003 li estenda d-disposizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u tar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma kienux diġà koperti minn dawk id-disposizzjonijiet minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom biss ( 2 ), sakemm dak ir-Regolament ma kienx revokat jew mibdul; (b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1661/85 tat-13 ta' Ġunju 1985 li jistabbilixxi l-adattamenti tekniċi għar-regoli tal-Komunità dwar is-sigurtà soċjali għal ħaddiema immigranti fir-rigward ta' Greenland ( 3 ), sakemm dak ir-Regolament ma kienx revokat jew mibdul; (ċ) tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ( 4 ) u tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq in-naħa waħda, u l-Konfiderazzjoni ta' l-Isvizzera, fuq in-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu ta' persuni ( 5 ) u ftehim oħra li fihom referenza għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, sakemm dawn il-ftehim ma kienux modifikati fid-dawl ta' dan ir-Regolament. 2. Referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 fid-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta' Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet għal pensjoni supplimentarja ta' persuni impjegati u ta' persuni li jaħdmu għal rashom u li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità ( 6 ) għandhom jinqraw bħala referenzi għal dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|