|
+Artikolu 87 Disposizzjonijiet transitorji ---+Article 87 1. ---+Article 87 2. ---+Article 87 3. ---+Article 87 4. ---+Article 87 5. ---+Article 87 6. ---+Article 87 7. ---+Article 87 8. ---+Article 87 9. ---+Article 87 10. ---+Article 87 10a. ---+Article 87 10b. ---+Article 87 11. |
Artikolu 87 Disposizzjonijiet transitorjiArtikolu 87 Disposizzjonijiet transitorji 1. L-ebda dritt ma jista' jinkiseb taħt dan ir-Regolament għall-perjodu ta' qabel il-jum ta' l-applikazzjoni tiegħu. 2. Kull perjodu ta' assigurazzjoni u, fejn jixraq, kull perjodu ta' impjieg, impjieg għal rashom jew residenza magħmula taħt il-leġislazzjoni ta' Stat Membru qabel il-jum ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istat Membru konċernat għandhom jitqiesu għad-determinazzjoni tad-drittijiet miksuba taħt dan ir-Regolament. 3. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, dritt għandu jinkiseb taħt dan ir-Regolament anki jekk dan jitratta kontinġenza li tqum qabel id-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istat Membru konċernat. 4. Kull benefiċċji li ma ngħatax jew li kien sospiż minħabba ċ-ċittadinanza jew minħabba l-post ta' residenza tal-persuna konċernata għandhom, fuq talba ta' din il-persuna, jingħataw jew jitkomplew b'effett mid-data ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istat Membru konċernat, bil-kondizzjoni iżda li d-drittijiet li fir-rigward tagħhom kienu qabel ingħataw benefiċċji ma rriżultawx fi ħlas ta' somma waħda f'daqqa. 5. Id-drittijiet ta' persuna li ngħatat pensjoni qabel il-jum ta' l-appikazzjoni ta' dan ir-Regolament fi Stat Membru jistgħu, fuq it-talba tal-persuna konċernata, jkunu eżaminati mill-ġdid fil-waqt li jkun ikkunsidrat dan ir-Regolament. 6. Jekk talba msemmija fil-paragrafu 4 jew 5 tkun sottomessa fi żmien sentejn mill-jum ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fi Stat Membru, id-drittijiet miksuba skond dan ir-Regolament għandu jkollhom effett minn dak il-jum, u l-leġislazzjoni ta' kull Stat Membru dwar it-telf jew il-limitazzjoni ta' drittijiet ma tistax tintuża kontra l-persuni konċernati. 7. Jekk talba msemmija fil-paragrafi 4 jew 5 issir wara li jispiċċa l-perjodu ta' sentejn wara l-jum ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Istat Membru konċernat, drittijiet li ma jkunux intilfu jew li ma jkunux preskritti għandu jkollhom effett mill-jum li fih tkun saret it-talba. Dan iżda mingħajr ħsara għal disposizzjonijiet aktar favorevoli taħt il-leġislazzjoni ta' xi Stat Membru. 8. Jekk, bħala riżultat ta’ dan ir-Regolament, persuna hija suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru barra minn dak determinat skont it-Titolu II tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, dik il-leġiżlazzjoni għandha tkompli tapplika sakemm is-sitwazzjoni relevanti tibqa’ ma nbidlitx u fi kwalunkwe każ għal perijodu mhux anqas minn 10 snin mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sakemm il-persuna kkonċernata ma titlobx li hija ssir suġġetta għal-leġiżlazzjoni applikabbli taħt dan ir-Regolament. It-talba għandha tiġi preżentata fi żmien tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-istituzzjoni kompetenti tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu hi applikabbli taħt dan ir-Regolament jekk il-persuna kkonċernata għandha tkun suġġetta għal-leġiżlazzjoni ta’ dak l-Istat Membru sa mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jekk it-talba ssir wara l-limitu taż-żmien indikat, il-bidla tal-leġiżlazzjoni applikabbli għandha ssir fl-ewwel jum tax-xahar ta’ wara. 9. L-Artikolu 55 ta' dan ir-Regolament għandu japplika biss għall-pensjonijiet li mhumiex suġġetti għall-Artikolu 46c tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 fil-kum ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. 10. Id-disposizzjonijiet tat-tieni sentenza ta' l-Artikoli 65(2) u (3) għandhom japplikaw għall-Lussemburgu sa mhux aktar tard minn sentejn mill-jum ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. 10a. L-entrati fl-Anness III li jikkorrispondu għall-Estonja, għal Spanja, għall-Italja, għal-Litwanja, għall-Ungerija u għall-Olanda għandhom jiskadu u jiġu mingħajr effett erba’ snin wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ‘il quddiem. 10b. Il-lista li hemm fl-Anness III għandha tiġi riveduta mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2014+ abbażi ta’ rapport mill-Kummissjoni Amministrattiva. Dak ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-impatt tar-rilevanza, il-frekwenza, l-iskala u l-ispejjeż, kemm f’termini assoluti kif ukoll f’dawk relattivi, tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Anness III. Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll l-effetti possibbli tat-tħassir ta’ dawk id-dispożizzjonijiet għal dawk l-Istati Membri li jibqgħu elenkati f’dan l-Anness wara d-data msemmija fil-paragrafu 10a. Fid-dawl ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar it-tressiq ta’ proposta dwar reviżjoni tal-lista bil-għan fil-prinċipju li l-lista tiġi mħassra sakemm ir-rapport tal-Kummissjoni Amministrattiva jipprovdi raġunijiet qawwija biex dan ma jseħħx. 11. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li tingħata informazzjoni xierqa dwar il-bidliet fid-drittijiet u fl-obbligi introdotti minn dan ir-Regolament u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|