|
+Artikolu 13 Regoli għall-konverżjoni ta’ perijodi ---+Article 13 1. ---+Article 13 2. ---+Article 13 3. ---+Article 13 4. |
Artikolu 13 Regoli għall-konverżjoni ta’ perijodiArtikolu 13 Regoli għall-konverżjoni ta’ perijodi (1) Fejn il-perijodi magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru jkunu espressi f’unitajiet differenti minn dawk previsti fil-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, il-konverżjoni meħtieġa għall-finijiet tal-aggregazzjoni taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku għandha titwettaq konformement mar-regoli li ġejjin: (a) il-perijodu li għandu jintuża bħala l-bażi għall-konverżjoni għandu jkun dak komunikat mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu ġie magħmul il-perijodu; (b) fil-każ ta’ skemi fejn il-perijodi huma espressi fi ġranet, il-konverżjoni minn ġranet għal unitajiet oħrajn, u viċe versa, kif ukoll bejn skemi differenti bbażati fuq ġranet għandha tiġi kkalkolata abbażi tat-tabella li ġejja:
(c) fil-każ ta’ skemi fejn il-perijodi huma espressi f’unitajiet li mhumiex jiem: (i) tliet xhur jew tlettax-il ġimġħa għandhom ikunu ekwivalenti għal trimestru, u viċe versa; (ii) sena waħda għandha tkun ekwivalenti għal erba’ trimestri, 12-il xahar jew 52 gimġħa, u viċe versa; (iii) għall-konverżjoni ta’ ġimgħat f’xhur, u viċe versa, ġimgħat u xhur għandhom jiġu kkonvertiti f’jiem abbażi tar-regoli ta’ konverżjoni għall-iskemi bbażati fuq sitt ijiem fit-tabella fil-punt (b); (d) fil-każ ta’ perijodi espressi fi frazzjonijiet, dawn il-figuri għandhom jiġu kkonvertiti fl-iżgħar unità li jmiss waqt li jiġu applikati r-regoli stabbiliti fil-punti (b) u (c). Frazzjonijiet ta’ snin għandhom jiġu kkonvertiti f’xhur sakemm l-iskema involuta mhix ibbażata fuq trimestri; (e) jekk il-konverżjoni taħt dan il-paragrafu tirriżulta fi frazzjoni ta’ unità, l-ogħla unità li jmiss għandha tittieħed bħala r-riżultat tal-konverżjoni taħt dan il-paragrafu. (2) L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 m’għandhiex ikollha l-effett li tipproduċi, għat-total sħiħ tal-perijodi magħmula matul sena kalendarja waħda, total li jeċċedi n-numru ta’ ġranet indikati fl-aħħar kolonna tat-tabella fil-paragrafu 1(b) jew 52 ġimgħa jew 12-il xahar jew erba’ trimestri. Jekk il-perijodi li għandhom jiġu kkonvertiti jikkorrispondu għall-ammont annwali massimu ta’ perijodi taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih huma ġew magħmula, l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 m’għandhiex tirriżulta fi żmien sena kalendarja waħda f’perijodi li huma iqsar mill-ammont annwali massimu ta’ perijodi possibbli previsti taħt il-leġislazzjoni kkonċernata. (3) Il-konverżjoni għandha titwettaq jew f’operazzjoni waħda li tkopri dawk il-perijodi kollha li ġew komunikati bħala aggregat, jew għal kull sena, jekk il-perijodi ġew komunikati fuq bażi ta’ sena b’sena. (4) Fejn istituzzjoni tikkomunika perijodi espressi fi ġranet, hija għandha fl-istess ħin tindika jekk l-iskema li hija tamministra hijiex ibbażata fuq ħames ġranet, sitt ġranet jew seba’ ġranet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|