+CHAPTER III Other general provisions for the application of the basic Regulation
---+Artikolu 8 Arranġamenti amministrattivi bejn żewġ Stati Membri jew aktar
------+Article 8 1.
------+Article 8 2.
---+Artikolu 9 Proċeduri oħrajn bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet
------+Article 9 1.
------+Article 9 2.
------+Article 9 3.
---+Artikolu 10 Prevenzjoni tal-koinċidenza ta’ benefiċċji f’xi partijiet
---+Artikolu 11 L-elementi għad-determinazzjoni tar-residenza
------+Article 11 1.
------+Article 11 2.
---+Artikolu 12 Aggregazzjoni tal-perijodi
------+Article 12 1.
------+Article 12 2.
------+Article 12 3.
------+Article 12 4.
------+Article 12 5.
------+Article 12 6.
---+Artikolu 13 Regoli għall-konverżjoni ta’ perijodi
------+Article 13 1.
------+Article 13 2.
------+Article 13 3.
------+Article 13 4.

CHAPTER III Other general provisions for the application of the basic Regulation

CHAPTER III Other general provisions for the application of the basic Regulation

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 Arranġamenti amministrattivi bejn żewġ Stati Membri jew aktar

Artikolu 8

Arranġamenti amministrattivi bejn żewġ Stati Membri jew aktar

(1)  Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament implimentattiv għandhom jissostitwixxu dawk li huma stabbiliti fl-arranġamenti għall-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8 (1) tar-Regolament bażiku, apparti d-dispożizzjonijiet dwar l-arranġamenti fir-rigward tal-Konvenzjonijiet imsemmija fl-Anness II tar-Regolament bażiku, sakemm id-dispożizzjonijiet ta’ dawk l-arranġamenti huma inklużi fl-Anness 1 tar-Regolament implimentattiv.

(2)  L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu bejniethom, jekk meħtieġ, arranġamenti li jappartjenu għall-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8 (2) tar-Regolament bażiku sakemm dawn L-arranġamenti ma jaffettwawx b’mod ħażin id-drittijiet u l-obbligi tal-persuni kkonċernati u huma nklużi fl-Anness 1 tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 9 Proċeduri oħrajn bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet

Artikolu 9

Proċeduri oħrajn bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet

(1)  Żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, jistgħu jaqblu dwar proċeduri oħrajn barra dawk previsti mir-Regolament implimentattiv, sakemm dawn il-proċeduri ma jaffettwawx b’mod ħażin id-drittijiet jew l-obbligi tal-persuni kkonċernati.

(2)  Kwalunkwe qbil konkluż għal dan il-għan għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni Amministrattiva u jiġi elenkat fl-Anness 1 tar-Regolament implimentattiv.

(3)  Id-dispożizzjonijiet li jinsabu fi ftehim ta’ implimentazzjoni konkluż bejn żewġ Stati Membri jew aktar bl-istess għan, jew li jkunu simili għal dawk imsemmijin fil-paragrafu 2, li jkunu fis-seħħ fil-jum li jippreċedi d-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv u li jkunu inklużi fl-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 574/72, għandhom ikomplu japplikaw għall-finijiet tar-relazzjonijiet bejn dawk l-Istati Membri, bil-kondizzjoni li dawn ikunu inklużi wkoll fl-Anness 1 tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 10 Prevenzjoni tal-koinċidenza ta’ benefiċċji f’xi partijiet

Artikolu 10

Prevenzjoni tal-koinċidenza ta’ benefiċċji f’xi partijiet

Minkejja d-dispożizzjonijiet l-oħrajn fir-Regolament bażiku, meta l-benefiċċji dovuti taħt il-leġislazzjoni ta’ żewġ Stati Membri jew aktar ikunu mnaqqsa, sospiżi jew imwaqqfa reċiprokament, kwalunkwe ammont li ma jkunx tħallas fil-każ tal-applikazzjoni stretta tar-regoli dwar tnaqqis, sospensjoni jew waqfien stabbiliti mil-leġislazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati għandu jiġi diviż bin-numru ta’ benefiċċji suġġettati għal tnaqqis, sospensjoni jew waqfien.

Artikolu 11 L-elementi għad-determinazzjoni tar-residenza

Artikolu 11

L-elementi għad-determinazzjoni tar-residenza

(1)  Fejn hemm differenza fl-opinjonijiet bejn l-istituzzjonijiet ta’ żewġ Stati Membri jew aktar dwar id-determinazzjoni tar-residenza ta’ persuna li għaliha japplika r-Regolament bażiku, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu bi ftehim komuni ċ-ċentru ta’ interessi tal-persuna kkonċernata, abbażi ta’ evalwazzjoni globali tal-informazzjoni kollha disponibbli relatata mal-fatti relevanti, li jistgħu jinkludu fejn ikun il-każ:

(a) it-tul ta’ żmien u l-kontinwità tal-preżenza fit-territorju tal-Istati Membri kkonċernati;

(b) is-sitwazzjoni tal-persuna, li tinkludi:

(i) in-natura u l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kwalunkwe attività li titwettaq, b’mod partikolari l-post fejn din l-attività normalment titwettaq, l-istabbiltà tal-attività u t-tul ta’ żmien ta’ kwalunkwe kuntratt tax-xogħol;

(ii) l-istatus tal-familja u r-rabtiet tal-familja tagħha;

(iii) it-twettiq ta’ kwalunkwe attività mingħajr ħlas;

(iv) fil-każ ta’ studenti, is-sors tad-dħul tagħhom;

(v) is-sitwazzjoni tad-dar domestika tagħha, partikolarment kemm hi permanenti;

(vi) l-Istat Membru li fih il-persuna hija meqjusa li tirrisjedi għal finijiet ta’ tassazzjoni.

(2)  Fejn l-konsiderazzjoni tal-kriterji diversi bbażati fuq il-fatti relevanti kif stabbilit fil-paragrafu 1 ma twassalx għal qbil bejn l-istituzzjonijiet konċernati, l-intenzjoni tal-persuna, kif hi tidher minn tali fatti u ċirkostanzi, speċjalment ir-raġunijiet li wasslu lill-persuna biex tiċċaqlaq, għandhom jiġu kkunsidrati bħala deċiżivi meta jkun qed jiġi stabbilit il-Stat Membru ta’ residenza reali ta’ dik il-persuna.

Artikolu 12 Aggregazzjoni tal-perijodi

Artikolu 12

Aggregazzjoni tal-perijodi

(1)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni kompetenti għandha tikkuntattja lill-istituzzjonijiet tal-Istat Membru li għal-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata kienet ukoll suġġetta sabiex jiġu ddeterminati l-perijodi kollha magħmula taħt din il-leġislazzjoni.

(2)  Il-perijodi rispettivi ta’ assigurazzjoni, impjieg, impjieg għal rasha jew residenza magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru għandhom jingħaddu ma’ dawk magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor, safejn dan ikun meħtieġ, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku, sakemm dawn il-perijodi ma jkunux jikkoinċidu f’xi partijiet.

(3)  Fejn perijodu ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza magħmul taħt assigurazzjoni obbligatorja taħt il-leġislazzjoni ta Stat Membru jikkoinċidi ma’ perijodu ta assigurazzjoni magħmul taħt assigurazzjoni volontarja jew assigurazzjoni kontinwata mhux obbligatorja taħt il-leġislazzjoni ta Stat Membru ieħor, huwa biss il-perijodu magħmul taħt l-assigurazzjoni obbligatorja li jiġi kkunsidrat.

(4)  Fejn perijodu ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza divers minn perijodu simili magħmul taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru jikkoinċidi ma’ perijodu simili taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, huwa biss il-perijodu ħlief għal perijodu simili li jiġi kkunsidrat.

(5)  Kwalunkwe perijodu li jkun meqjus bħala ekwivalenti taħt il-leġislazzjonijiet ta’ żewġ Stati Membri jew aktar għandu jiġi kkunsidrat biss mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata kienet suġġetta l-aħħar b’mod obbligatorju qabel dak il-perijodu. Fil-każ fejn il-persuna kkonċernata ma kinitx suġġetta b’mod obbligatorju għal-leġislazzjoni ta’Stat Membru qabel il-perijodu msemmi, dan tal-aħħar għandu jiġi kkunsidrat mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu l-persuna kkonċernata kienet suġġetta b’mod obbligatorju għall-ewwel darba wara dak il-perijodu.

(6)  Fil-każ li ż-żmien li fih ċerti perijodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza ġew magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ma jistax jiġi ddeterminat b’mod preċiż, għandu jiġi preżunt li dawn il-perijodi ma jikkoinċidux f’xi partijiet ma’ perijodi ta’ assigurazzjoni jew ta’ residenza magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, u dan għandu jiġi kkunsidrat, fejn vantaġġuż, għall-persuna kkonċernata, safejn huma jistgħu jiġu kkunsidrati b’mod raġonevoli.

Artikolu 13 Regoli għall-konverżjoni ta’ perijodi

Artikolu 13

Regoli għall-konverżjoni ta’ perijodi

(1)  Fejn il-perijodi magħmula taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru jkunu espressi f’unitajiet differenti minn dawk previsti fil-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, il-konverżjoni meħtieġa għall-finijiet tal-aggregazzjoni taħt l-Artikolu 6 tar-Regolament bażiku għandha titwettaq konformement mar-regoli li ġejjin:

(a) il-perijodu li għandu jintuża bħala l-bażi għall-konverżjoni għandu jkun dak komunikat mill-istituzzjoni tal-Istat Membru li taħt il-leġislazzjoni tiegħu ġie magħmul il-perijodu;

(b) fil-każ ta’ skemi fejn il-perijodi huma espressi fi ġranet, il-konverżjoni minn ġranet għal unitajiet oħrajn, u viċe versa, kif ukoll bejn skemi differenti bbażati fuq ġranet għandha tiġi kkalkolata abbażi tat-tabella li ġejja:


Skema bbażata fuq

Jum wieħed jikkorrispondi għal

Ġimgħa waħda tikkorrispondi għal

Xahar wieħed jikkorrispondi għal

Trimestru wieħed jikkorrispondi għal

Massimu ta’ ġranet f’sena kalendarja waħda

5 jiem

9 sigħat

5 jiem

22 jum

66 jum

264 jum

6 jiem

8 sigħat

6 jiem

26 jum

78 jum

312 jum

7 jiem

6 sigħat

7 jiem

30 jum

90 jum

360 jum

(c) fil-każ ta’ skemi fejn il-perijodi huma espressi f’unitajiet li mhumiex jiem:

(i) tliet xhur jew tlettax-il ġimġħa għandhom ikunu ekwivalenti għal trimestru, u viċe versa;

(ii) sena waħda għandha tkun ekwivalenti għal erba’ trimestri, 12-il xahar jew 52 gimġħa, u viċe versa;

(iii) għall-konverżjoni ta’ ġimgħat f’xhur, u viċe versa, ġimgħat u xhur għandhom jiġu kkonvertiti f’jiem abbażi tar-regoli ta’ konverżjoni għall-iskemi bbażati fuq sitt ijiem fit-tabella fil-punt (b);

(d) fil-każ ta’ perijodi espressi fi frazzjonijiet, dawn il-figuri għandhom jiġu kkonvertiti fl-iżgħar unità li jmiss waqt li jiġu applikati r-regoli stabbiliti fil-punti (b) u (c). Frazzjonijiet ta’ snin għandhom jiġu kkonvertiti f’xhur sakemm l-iskema involuta mhix ibbażata fuq trimestri;

(e) jekk il-konverżjoni taħt dan il-paragrafu tirriżulta fi frazzjoni ta’ unità, l-ogħla unità li jmiss għandha tittieħed bħala r-riżultat tal-konverżjoni taħt dan il-paragrafu.

(2)  L-applikazzjoni tal-paragrafu 1 m’għandhiex ikollha l-effett li tipproduċi, għat-total sħiħ tal-perijodi magħmula matul sena kalendarja waħda, total li jeċċedi n-numru ta’ ġranet indikati fl-aħħar kolonna tat-tabella fil-paragrafu 1(b) jew 52 ġimgħa jew 12-il xahar jew erba’ trimestri.

Jekk il-perijodi li għandhom jiġu kkonvertiti jikkorrispondu għall-ammont annwali massimu ta’ perijodi taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li fih huma ġew magħmula, l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 m’għandhiex tirriżulta fi żmien sena kalendarja waħda f’perijodi li huma iqsar mill-ammont annwali massimu ta’ perijodi possibbli previsti taħt il-leġislazzjoni kkonċernata.

(3)  Il-konverżjoni għandha titwettaq jew f’operazzjoni waħda li tkopri dawk il-perijodi kollha li ġew komunikati bħala aggregat, jew għal kull sena, jekk il-perijodi ġew komunikati fuq bażi ta’ sena b’sena.

(4)  Fejn istituzzjoni tikkomunika perijodi espressi fi ġranet, hija għandha fl-istess ħin tindika jekk l-iskema li hija tamministra hijiex ibbażata fuq ħames ġranet, sitt ġranet jew seba’ ġranet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0987
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.