|
+Artikolu 27 Benefiċċji mogħtija fi flus relatati ma’ inkapaċità għax-xogħol f’każ ta’ żjara jew ta’ residenza fi Stat Membru divers mill-Istat kompetenti ---+Article 27 1. ---+Article 27 2. ---+Article 27 3. ---+Article 27 4. ---+Article 27 5. ---+Article 27 6. ---+Article 27 7. ---+Article 27 8. ---+Article 27 9. ---+Article 27 10. |
Artikolu 27 Benefiċċji mogħtija fi flus relatati ma’ inkapaċità għax-xogħol f’każ ta’ żjara jew ta’ residenza fi Stat Membru divers mill-Istat kompetentiArtikolu 27 Benefiċċji mogħtija fi flus relatati ma’ inkapaċità għax-xogħol f’każ ta’ żjara jew ta’ residenza fi Stat Membru divers mill-Istat kompetenti A) Proċedura li l-persuna assigurata għandha ssegwi (1) Jekk il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti teħtieġ li l-persuna assigurata tippreżenta ċertifikat sabiex tkun intitolata għal benefiċċji fi flus relatati ma’ inkapaċità għax-xogħol taħt l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha titlob lit-tabib tal-Istat Membru ta’ residenza li stabbilixxa l-istat ta’ saħħa tagħha biex jiċċertifika l-inkapaċità għax-xogħol tagħha u t-tul ta’ żmien probabbli tagħha. (2) Il-persuna assigurata għandha tibgħat iċ-ċertifikat lill-istituzzjoni kompetenti fil-limitu ta’ żmien stabbilit mil-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti. (3) Meta t-tobba li jipprovdu l-kura fl-Istat Membru ta’ residenza ma joħorġux ċertifikati ta’ inkapaċità għax-xogħol, u fejn ċertifikati bħal dawn huma meħtieġa taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, il-persuna kkonċernata għandha tapplika direttament lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza. Dik l-istituzzjoni għandha immedjatament torganizza eżami mediku tal-inkapaċità tal-persuna għax-xogħol u biex jitfassal iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu (1) Iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lill-istituzzjoni kompetenti minnufih. (4) Il-komunikazzjoni tad-dokument imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhiex teżenta lill-persuna assigurata milli twettaq l-obbligi previsti mil-leġislazzjoni applikabbli, b’mod partikulari fir-rigward ta’ min iħaddimha. Fejn ikun il-każ, min iħaddem u/jew l-istituzzjoni kompetenti jistgħu jsejħu lill-impjegat biex jipparteċipa f’attivitajiet imfassla biex jippromwovu u jgħinu r-ritorn tiegħu fl-impjieg. B) Proċedura li l-istituzzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza għandha ssegwi (5) Fuq talba mill-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha twettaq kwalunkwe kontroll amministrattiv jew eżami mediku meħtieġ tal-persuna kkonċernata konformement mal-leġislazzjoni applikata minn din l-istituzzjoni tal-aħħar. Ir-rapport tat-tabib rigward, b’mod partikolari, it-tul ta’ żmien probabbli tal-inkapaċità għax-xogħol, għandu jintbagħat mingħajr dewmien mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza lill-istituzzjoni kompetenti. C) Proċedura li l-istituzzjoni kompetenti għandha ssegwi (6) L-istituzzjoni kompetenti għandha tirriżerva d-dritt li l-persuna assigurata tiġi eżaminata minn tabib tal-għażla tagħha. (7) Mingħajr preġudizzju għat-tieni sentenza tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni kompetenti għandha tħallas benefiċċji fi flus direttament lill-persuna kkonċernata u għandha, fejn meħtieġ, tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tagħha. (8) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, id-dettalji taċ-ċertifikat tal-inkapaċità għax-xogħol ta’ persuna assigurata mfassal fi Stat Membru ieħor abbażi ta’ konklużjonijiet mediċi tat-tabib li jeżamina jew tal-istituzzjoni għandu jkollhom l-istess valur legali bħal ċertifikat imfassal fl-Istat Membru kompetenti. (9) Jekk l-istituzzjoni kompetenti tiċħad il-benefiċċji fi flus, hi għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-persuna assigurata u fl-istess ħin lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza. D) Proċedura f’każ ta’ żjara fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti (10) Il-paragrafi 1 sa 9 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-persuna assigurata tkun qed iżżur Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|