+CHAPTER I Sickness, maternity and equivalent paternity benefits
---+Artikolu 22 Dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni
------+Article 22 1.
------+Article 22 2.
---+Artikolu 23 Skema applikabbli fil-każ ta’ aktar minn skema waħda fl-Istat Membru ta’ residenza jew taż-żjara
---+Artikolu 24 Residenza fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti
------+Article 24 1.
------+Article 24 2.
------+Article 24 3.
---+Artikolu 25 Żjara fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti
------+Article 25 1.
------+Article 25 2.
------+Article 25 3.
------+Article 25 4.
------+Article 25 5.
------+Article 25 6.
------+Article 25 7.
------+Article 25 8.
------+Article 25 9.
------+Article 25 10.
---+Artikolu 26 Kura ppjanata
------+Article 26 1.
------+Article 26 2.
------+Article 26 3.
------+Article 26 4.
------+Article 26 5.
------+Article 26 6.
------+Article 26 7.
------+Article 26 8.
------+Article 26 9.
---+Artikolu 27 Benefiċċji mogħtija fi flus relatati ma’ inkapaċità għax-xogħol f’każ ta’ żjara jew ta’ residenza fi Stat Membru divers mill-Istat kompetenti
------+Article 27 1.
------+Article 27 2.
------+Article 27 3.
------+Article 27 4.
------+Article 27 5.
------+Article 27 6.
------+Article 27 7.
------+Article 27 8.
------+Article 27 9.
------+Article 27 10.
---+Artikolu 28 Benefiċċji fi flus għall-kura fit-tul fil-każ ta’ żjara jew residenza fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti
------+Article 28 1.
------+Article 28 2.
------+Article 28 3.
------+Article 28 4.
------+Article 28 5.
------+Article 28 6.
---+Artikolu 29 Applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku
---+Artikolu 30 Kontribuzzjonijiet mill-pensjonanti
---+Artikolu 31 Applikazzjoni tal-Artikolu 34 tar-Regolament bażiku
------+Article 31 1.
------+Article 31 2.
------+Article 31 3.
------+Article 31 4.
---+Artikolu 32 Miżuri speċjali ta’ implimentazzjoni
------+Article 32 1.
------+Article 32 2.
------+Article 32 3.

CHAPTER I Sickness, maternity and equivalent paternity benefits

CHAPTER I Sickness, maternity and equivalent paternity benefits

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 22 Dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni

(1)  L-awtoritajiet jew istituzzjonijiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe informazzjoni meħtieġa ssir disponibbli għall-persuni assigurati dwar il-proċeduri u l-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ benefiċċji in natura meta dawn il-benefiċċji jkunu riċevuti fit-territorju ta’ Stat Membru divers minn dak tal-istituzzjoni kompetenti.

(2)  Minkejja l-Artikolu 5 (a) tar-Regolament bażiku, Stat Membru jista’ jsir responsabbli għall-ispejjeż tal-benefiċċji taħt l-Artikolu 22 tar-Regolament bażiku biss jekk il-persuna assigurata tkun għamlet talba għal pensjoni taħt il-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru, jew taħt l-Artikoli 23 sa 30 tar-Regolament bażiku tkun tirċievi pensjoni taħt il-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 23 Skema applikabbli fil-każ ta’ aktar minn skema waħda fl-Istat Membru ta’ residenza jew taż-żjara

Artikolu 23

Skema applikabbli fil-każ ta’ aktar minn skema waħda fl-Istat Membru ta’ residenza jew taż-żjara

Jekk il-leġislazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza jew taż-żjara tinkludi iktar minn skema waħda ta’ assigurazzjoni marbuta mal-mard, assigurazzjoni ta’ maternità u ta’ paternità għal aktar minn kategorija waħda ta’ persuni assigurati, id-dispożizzjonijiet applikabbli taħt l-Artikolu 17, 19(1), 20, 22, 24 u 26 tar-Regolament bażiku għandhom ikunu dawk tal-leġislazzjoni dwar l-iskema ġenerali għal persuni impjegati.

Artikolu 24 Residenza fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

Artikolu 24

Residenza fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

(1)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata u/jew il-membri tal-familja tagħha għandhom l-obbligu li jirreġistraw mal-istituzzjoni tal-post ta’ residenza. Id-dritt tagħhom għal benefiċċji in natura fl-Istat Membru ta’ residenza għandu jkun iċċertifikat minn dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti fuq talba tal-persuna assigurata jew fuq talba tal-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.

(2)  Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jibqa’ validu sakemm l-istituzzjoni kompetenti tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza bil-kanċellazzjoni tiegħu.

L-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha tinforma lill-istituzzjoni kompetenti b’kull reġistrazzjoni taħt il-paragrafu 1 u bi kwalunkwe bidla jew kanċellazzjoni ta’ dik ir-reġistrazzjoni.

(3)  Dan l-Artikolu għandu japplika mutatis mutandis għall-persuni msemmija fl-Artikoli 22, 24, 25 u 26 tar-Regolament bażiku.

Artikolu 25 Żjara fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

Artikolu 25

Żjara fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

A)   Proċedura u ambitu tad-dritt

(1)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tippreżenta lil min jipprovdi l-kura tas-saħħa fl-Istat Membru taż-żjara dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti tagħha li jindika l-intitolament tagħha għal benefiċċji in natura. Jekk il-persuna assigurata m’għandhiex dokument bħal dan, l-istituzzjoni tal-post taż-żjara, fuq talba jew jekk meħtieġ mod ieħor, għandha tikkuntattja lill-istituzzjoni kompetenti sabiex tikseb dokument bħal dan.

(2)  Dak id-dokument għandu jindika li l-persuna assigurata hija intitolata għal benefiċċji in natura taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku bl-istess termini bħal dawk applikabbli għal persuni assigurati taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru taż-żjara.

(3)  Il-benefiċċji in natura msemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament bażiku għandhom jirriferu għall-benefiċċji in natura li jkunu provduti fl-Istat Membru taż-żjara, konformement mal-leġislazzjoni tiegħu, u li jsiru meħtieġa fuq bażi medika bil-ħsieb li jiġi prevenut li persuna assigurata tiġi sfurzata li tirritorna, qabel it-tmiem tat-terminu taż-żjara ppjanata, fl-Istat Membru kompetenti biex tikseb il-kura li teħtieġ.

B)   Proċedura u arranġamenti biex jintlaħqu l-ispejjeż u jiġi provdut ħlas lura ta’ benefiċċji in natura

(4)  Jekk il-persuna assigurata fil-fatt tkun ġarrbet l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija fil-qafas tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u jekk il-leġislazzjoni applikata mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara tippermetti l-ħlas lura ta’ dawk l-ispejjeż lill-persuna assigurata, hija tista’ tindirizza talba sabiex titħallas lura lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara. F’dak il-każ, dik l-istituzzjoni għandha tħallas lura direttament lil dik il-persuna l-ammont tal-ispejjeż li jikkorrispondu għal dawn il-benefiċċji fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet tar-rati ta’ ħlas lura fil-leġislazzjoni tagħha.

(5)  Jekk il-ħlas lura ta’ dawn l-ispejjeż ma ntalabx direttament mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara, l-ispejjeż għandhom jiġu mħallsa lura lill-persuna kkonċernata mill-istituzzjoni kompetenti abbażi tar-rati ta’ ħlas lura amministrati mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew l-ammonti li kienu jkunu suġġetti għal rimbroż lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jekk l-Artikolu 62 tar-Regolament implimentattiv applikaw fil-każ konċernat.

L-istituzzjoni tal-post taż-żjara għandha l-obbligu li tipprovdi lill-istituzzjoni kompetenti, fuq talba, l-informazzjoni meħtieġa kolla dwar dawn ir-rati jew ammonti.

(6)  B’deroga mill-Paragrafu 6, l-istituzzjoni kompetenti tista’ tipproċedi għall-ħlas lura tal-ispejjeż li tħallsu fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet tar-rati ta’ ħlas lura fil-leġislazzjoni tagħha, sakemm il-persuna assigurata tkun qablet li din id-dispożizzjoni tiġi applikata għaliha.

(7)  Jekk il-leġislazzjoni tal-Istat Membru taż-żjara ma tipprovdix għal ħlas lura taħt il-paragrafi 5 u 6 fil-każ konċernat, l-istituzzjoni kompetenti tista’ tħallas lura l-ispejjeż fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet tar-rati ta’ ħlas lura fil-leġislazzjoni tagħha, mingħajr ma jkun meħtieġ il-qbil tal-persuna assigurata.

(8)  Il-ħlas lura lill-persuna assigurata m’għandux, fi kwalunkwe każ, jaqbeż l-ammont tal-ispejjeż fil-fatt imħallsa minnha.

(9)  Fil-każ ta’ infiq sostanzjali, l-istituzzjoni kompetenti tista’ tħallas lill-persuna assigurata ammont adegwat bil-quddiem malli dik il-persuna tippreżentalha t-talba għal ħlas lura.

C)   Membri tal-Familja

(10)  Il-paragrafi 1 sa 9 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.

Artikolu 26 Kura ppjanata

Artikolu 26

Kura ppjanata

A)   Proċedura ta’ awtorizzazzjoni

(1)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tippreżenta dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser l-istituzzjoni li tħallas l-ispejjeż tal-kura ppjanata; fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(4) u 27(5) tar-Regolament bażiku, fejn il-benefiċċji in natura mogħtija fl-Istat Membru ta’ residenza jitħallsu lura abbażi ta’ ammonti fissi, l-istituzzjoni kompetenti għandha tfisser li hija l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.

(2)  Jekk persuna assigurata ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti, hi għandha titlob l-awtorizzazzjoni mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, li għandha tgħaddiha lill-istituzzjoni kompetenti mingħajr dewmien.

F’dak il-każ, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha tiċċertifika f’dikjarazzjoni jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku humiex sodisfatti fl-Istat Membru ta’ residenza.

L-istituzzjoni kompetenti tista’ tiċħad li tagħti l-awtorizzazzjoni rikjesta biss jekk, abbażi tal-evalwazzjoni tal-istituzzjoni tal-post ta’ residenza, il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku ma jkunux sodisfatti fl-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna assigurata, jew jekk l-istess kura tista’ tiġi pprovduta fl-Istat Membru kompetenti stess, f’limitu ta’ żmien li huwa medikament ġustifikabbli, b’kont meħud tal-istat attwali tas-saħħa u l-kors probabbli tal-marda tal-persuna kkonċernata.

L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza bid-deċiżjoni tagħha.

Fl-assenza ta’ tweġiba sal-iskadenzi stabbiliti mil-leġislazzjoni nazzjonali tagħha, l-awtorizzazzjoni għandha tiġi kkunsidrata li ngħatat mill-istituzzjoni kompetenti.

(3)  Jekk persuna assigurata li ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti teħtieġ kura meħtieġa urġenti u vitali u l-awtorizzazzjoni ma tistax tiġi miċħuda, taħt it-tieni sentenza tal-Artikolu 20(2) tar-Regolament bażiku, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza f’isem l-istituzzjoni kompetenti li għandha tiġi informata immedjatament mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.

L-istituzzjoni kompetenti għandha taċċetta l-konklużjonijiet u l-għażliet ta’ kura deċiżi mit-tobba approvati mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza li tagħti l-awtorizzazzjoni relatata mal-bżonn ta’ kura meħtieġa urġenti u vitali.

(4)  Fi kwalunkwe ħin matul il-proċedura tal-għoti tal-awtorizzazzjoni, l-istituzzjoni kompetenti għandha tirriżerva d-dritt li teżamina l-persuna assigurata permezz ta’ tabib tal-għażla tagħha stess fl-Istat Membru taż-żjara jew ta’ residenza.

(5)  L-istituzzjoni tal-post taż-żjara għandha, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni rigward awtorizzazzjoni, tinforma lill-istituzzjoni kompetenti jekk ikun jidher medikament xieraq li tiġi ssupplimentata il-kura koperta mill-awtorizzazzjoni eżistenti.

B)   Il-ħlas tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura li jkunu saru mill-persuna assigurata.

(6)  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7, l-Artikolu 25(4) u (5) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.

(7)  Jekk il-persuna assigurata fil-fatt ħallset l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż għall-kura medika awtorizzata, hi nnifisha u l-ammont tal-ispejjeż li l-istituzzjoni kompetenti hija obbligata tħallas lura lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew lill-persuna assigurata taħt il-paragrafu 6 (spiża reali) huwa aktar baxx mill-ispejjeż li kien ikollha tħallas għall-istess kura fl-Istat Membru kompetenti (spiża nozzjonali), l-istituzzjoni kompetenti għandha tħallasha lura, fuq talba tagħha, l-ispiża tal-kura mħallsa mill-persuna assigurata sal-ammont tad-differenza li biha l-ispiża nozzjonali taqbeż l-ispiża reali. Is-somma mħallsa lura ma tistax, madankollu, taqbeż l-ispejjeż fil-fatt imħallsa mill-persuna assigurata u jista’ jieħu kont tal-ammont li l-persuna assigurata kien ikollha tħallas li kieku l-kura ngħatat fl-Istat Membru kompetenti.

C)   Il-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ż-żjara bħala parti mill-kura ppjanata.

(8)  Fejn il-leġislazzjoni nazzjonali tal-istituzzjoni kompetenti tipprovdi għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u ż-żjara li jkunu inseparabbli mill-kura tal-persuna assigurata, dawn l-ispejjeż għall-persuna kkonċernata u, jekk meħtieġ, għall-persuna li għandha takkumpanjaha, għandhom jitħallsu minn din l-istituzzjoni fejn tingħata awtorizzazzjoni fil-każ ta’ kura fi Stat Membru ieħor.

D)   Membri tal-familja

(9)  Il-paragrafi 1 sa 8 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.

Artikolu 27 Benefiċċji mogħtija fi flus relatati ma’ inkapaċità għax-xogħol f’każ ta’ żjara jew ta’ residenza fi Stat Membru divers mill-Istat kompetenti

Artikolu 27

Benefiċċji mogħtija fi flus relatati ma’ inkapaċità għax-xogħol f’każ ta’ żjara jew ta’ residenza fi Stat Membru divers mill-Istat kompetenti

A)   Proċedura li l-persuna assigurata għandha ssegwi

(1)  Jekk il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti teħtieġ li l-persuna assigurata tippreżenta ċertifikat sabiex tkun intitolata għal benefiċċji fi flus relatati ma’ inkapaċità għax-xogħol taħt l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha titlob lit-tabib tal-Istat Membru ta’ residenza li stabbilixxa l-istat ta’ saħħa tagħha biex jiċċertifika l-inkapaċità għax-xogħol tagħha u t-tul ta’ żmien probabbli tagħha.

(2)  Il-persuna assigurata għandha tibgħat iċ-ċertifikat lill-istituzzjoni kompetenti fil-limitu ta’ żmien stabbilit mil-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti.

(3)  Meta t-tobba li jipprovdu l-kura fl-Istat Membru ta’ residenza ma joħorġux ċertifikati ta’ inkapaċità għax-xogħol, u fejn ċertifikati bħal dawn huma meħtieġa taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, il-persuna kkonċernata għandha tapplika direttament lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza. Dik l-istituzzjoni għandha immedjatament torganizza eżami mediku tal-inkapaċità tal-persuna għax-xogħol u biex jitfassal iċ-ċertifikat imsemmi fil-paragrafu (1) Iċ-ċertifikat għandu jintbagħat lill-istituzzjoni kompetenti minnufih.

(4)  Il-komunikazzjoni tad-dokument imsemmi fil-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhiex teżenta lill-persuna assigurata milli twettaq l-obbligi previsti mil-leġislazzjoni applikabbli, b’mod partikulari fir-rigward ta’ min iħaddimha. Fejn ikun il-każ, min iħaddem u/jew l-istituzzjoni kompetenti jistgħu jsejħu lill-impjegat biex jipparteċipa f’attivitajiet imfassla biex jippromwovu u jgħinu r-ritorn tiegħu fl-impjieg.

B)   Proċedura li l-istituzzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza għandha ssegwi

(5)  Fuq talba mill-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha twettaq kwalunkwe kontroll amministrattiv jew eżami mediku meħtieġ tal-persuna kkonċernata konformement mal-leġislazzjoni applikata minn din l-istituzzjoni tal-aħħar. Ir-rapport tat-tabib rigward, b’mod partikolari, it-tul ta’ żmien probabbli tal-inkapaċità għax-xogħol, għandu jintbagħat mingħajr dewmien mill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza lill-istituzzjoni kompetenti.

C)   Proċedura li l-istituzzjoni kompetenti għandha ssegwi

(6)  L-istituzzjoni kompetenti għandha tirriżerva d-dritt li l-persuna assigurata tiġi eżaminata minn tabib tal-għażla tagħha.

(7)  Mingħajr preġudizzju għat-tieni sentenza tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni kompetenti għandha tħallas benefiċċji fi flus direttament lill-persuna kkonċernata u għandha, fejn meħtieġ, tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tagħha.

(8)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, id-dettalji taċ-ċertifikat tal-inkapaċità għax-xogħol ta’ persuna assigurata mfassal fi Stat Membru ieħor abbażi ta’ konklużjonijiet mediċi tat-tabib li jeżamina jew tal-istituzzjoni għandu jkollhom l-istess valur legali bħal ċertifikat imfassal fl-Istat Membru kompetenti.

(9)  Jekk l-istituzzjoni kompetenti tiċħad il-benefiċċji fi flus, hi għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-persuna assigurata u fl-istess ħin lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza.

D)   Proċedura f’każ ta’ żjara fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

(10)  Il-paragrafi 1 sa 9 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-persuna assigurata tkun qed iżżur Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti.

Artikolu 28 Benefiċċji fi flus għall-kura fit-tul fil-każ ta’ żjara jew residenza fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

Artikolu 28

Benefiċċji fi flus għall-kura fit-tul fil-każ ta’ żjara jew residenza fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti

A)   Proċedura li l-persuna assigurata għandha ssegwi

(1)  Sabiex tkun intitolata għal benefiċċji fi flus għall-kura fit-tul taħt l-Artikolu 21(1) tar-Regolament bażiku, il-persuna assigurata għandha tapplika għand l-istituzzjoni kompetenti. L-istituzzjoni kompetenti għandha, fejn meħtieġ, tinforma lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza tagħha.

B)   Proċedura li l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha ssegwi

(2)  Fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza għandha teżamina l-kondizzjoni tal-persuna assigurata fir-rigward tal-bżonn tagħha għal kura fit-tul. L-istituzzjoni kompetenti għandha tagħti lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza l-informazzjoni kollha meħtieġa għal dan l-eżami.

C)   Proċedura li l-istituzzjoni kompetenti għandha ssegwi

(3)  Sabiex tiddetermina l-livell ta’ bżonn għal kura fit-tul, l-istituzzjoni kompetenti għandha jkollha d-dritt teżamina l-persuna assigurata permezz ta’ tabib jew espert ieħor tal-għażla tagħha.

(4)  L-Artikolu 27(7) tar-Regolament implimentattiv għandu japplika mutatis mutandis.

D)   Proċedura f’każ ta’ żjara fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti.

(5)  Il-paragrafi 1sa 4 għandhom japplikaw mutatis mutandis meta l-persuna assigurata tkun qed iżżur Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti.

E)   Membri tal-familja

(6)  Il-paragrafi 1sa 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-membri tal-familja tal-persuna assigurata.

Artikolu 29 Applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku

Artikolu 29

Applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku

Jekk l-Istat Membru fejn dik il-persuna li qabel kienet ħaddiem tal-fruntiera wettqet l-aħħar l-attività tagħha m’għadux l-Istat Membru kompetenti u dik il-l-persuna li qabel kienet ħaddiem tal-fruntiera jew membru tal-familja tagħha jivvjaġġaw hemmhekk bl-għan li jirċievu benefiċċji in natura taħt l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, huma għandhom jippreżentaw lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara dokument maħruġ mill-istituzzjoni kompetenti.

Artikolu 30 Kontribuzzjonijiet mill-pensjonanti

Artikolu 30

Kontribuzzjonijiet mill-pensjonanti

Jekk persuna tirċievi pensjoni minn iktar minn Stat Membru wieħed, l-ammont tal-kontribuzzjonijiet imnaqqas mill-pensjonijiet kollha mħallsin m’għandu taħt l-ebda ċirkostanza jkun ogħla mill-ammont maqtugħ rigward persuna li tirċievi l-istess ammont ta’ pensjonijiet mill-Istat Membru kompetenti.

Artikolu 31 Applikazzjoni tal-Artikolu 34 tar-Regolament bażiku

Artikolu 31

Applikazzjoni tal-Artikolu 34 tar-Regolament bażiku

A)   Proċedura li l-istituzzjoni kompetenti għandha ssegwi

(1)  L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma lill-persuna kkonċernata dwar id-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 34 tar-Regolament bażiku dwar il-prevenzjoni tal-koinċidenza tal-benefiċċji. L-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli għandha tiżgura li l-persuna li ma tirrisjedix fl-Istat Membru kompetenti tkun intitolata għal benefiċċji ta’ mill-inqas l-istess ammont jew valur bħal dawk li tkun intitolata għalih li kieku tirrisjedi f’dak l-Istat Membru.

(2)  L-istituzzjoni kompetenti għandha tinforma wkoll lill-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew żjara bil-ħlas ta’ benefiċċji fi flus ta’ kura fit-tul meta l-leġislazzjoni applikata minn din l-istituzzjoni tal-aħħar tipprevedi benefiċċji in natura għal kura fit-tul, li huma inklużi fil-lista msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament bażiku.

B)   Proċedura li l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew żjara għandha ssegwi

(3)  Wara r-riċezzjoni tal-informazzjoni prevista fil-paragrafu 2, l-istituzzjoni tal-post ta’ residenza jew żjara għandha mingħajr dewmien tinforma lill-istituzzjoni kompetenti bi kwalunkwe benefiċċju in natura ta’ kura għat-tul maħsuba għall-istess għan mogħtija taħt il-leġislazzjoni tagħha lill-persuna kkonċernata u bir-rata ta’ ħlas lura applikata hemm.

(4)  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-miżuri ta’ implimentazzjoni għal dan l-Artikolu fejn ikun meħtieġ.

Artikolu 32 Miżuri speċjali ta’ implimentazzjoni

Artikolu 32

Miżuri speċjali ta’ implimentazzjoni

(1)  Meta persuna jew grupp ta’ persuni jiġu eżentati fuq talba mill-assigurazzjoni obbligatorja kontra l-mard u dawn il-persuni għalhekk ma jkunux koperti minn skema ta’ assigurazzjoni kontra l-mard li għaliha japplika r-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta’ Stat Membru ieħor m’għandhiex, minħabba din l-eżenzjoni biss, issir responsabbli mill-ħlas tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura jew fi flus provduti lil dawn il-persuni jew lil membru tal-familja tagħhom taħt it-Titolu III, Kapitolu I, tar-Regolament bażiku.

(2)  Għall-Istati Membri msemmija fl-Anness 2, id-dispożizzjonijiet tat-Titolu III, Kapitolu I, tar-Regolament bażiku rigward il-benefiċċji in natura għandu japplika għal persuni intitolati għal benefiċċji in natura abbażi biss ta’ skema speċjali għal ħaddiema taċ-ċivil sal-punt speċifikat fiha biss.

L-istituzzjoni ta’ Stat Membru ieħor m’għandhiex, minħabba dawk ir-raġunijiet biss, issir responsabbli mill-ħlas tal-ispejjeż tal-benefiċċji in natura jew fi flus pprovduti lil dawk il-persuni jew lil membri tal-familja tagħhom.

(3)  Meta l-persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-membri tal-familji tagħhom joqgħodu fi Stat Membru, fejn id-dritt li tirċievi benefiċċji in natura mhux suġġett għal kondizzjonijiet ta’ assigurazzjoni, jew ta’ attività bħala persuna impjegata jew li taħdem għal rasha, huma għandhom ikunu responsabbli li jħallsu l-ispejjeż kollha ta’ benefiċċji in natura provduti fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0987
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.