|
+Artikolu 34 Proċedura f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda marbuta max-xogħol li seħħew fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti ---+Article 34 1. ---+Article 34 2. ---+Article 34 3. ---+Article 34 4. ---+Article 34 5. |
Artikolu 34 Proċedura f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda marbuta max-xogħol li seħħew fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetentiArtikolu 34 Proċedura f’każ ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol jew ta’ marda marbuta max-xogħol li seħħew fi Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti (1) Jekk iseħħ inċident fuq il-post tax-xogħol jew tiġi dijanjostikata marda marbuta max-xogħol għall-ewwel darba fi Stat membru li mhuwiex l-Istat Membru kompetenti, id-dikjarazzjoni jew notifika tal-inċident fuq il-post tax-xogħol jew tal-marda marbuta max-xogħol, fejn id-dikjarazzjoni jew notifika teżisti taħt il-leġislazzjoni nazzjonali, għandha ssir konformement mal-leġislazzjoni tal-Istat Membru kompetenti, mingħajr preġudizzju, fejn ikun il-każ, għal dispożizzjonijiet legali oħra applikabbli fl-Istat Membru fejn seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew fejn ġiet dijanjostikata marda marbuta max-xogħol għall-ewwel darba, li jibqgħu applikabbli f’każijiet bħal dawn. Id-dikjarazzjoni jew in-notifika għandhom jiġu indirizzati lill-istituzzjoni kompetenti. (2) L-istituzzjoni tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu seħħ l-inċident fuq il-post tax-xogħol jew li fih il-marda marbuta max-xogħol ġiet dijanjostikata għall-ewwel darba, għandha tinnotifika lill-istituzzjoni kompetenti dwar ċertifikati mediċi maħruġa fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru. (3) Fejn, bħala riżultat ta’ inċident matul l-ivvjaġġar lejn jew mill-post tax-xogħol li jseħħ fit-territorju ta’ Stat Membru divers mill-Istat Membru kompetenti, jeħtieġ li ssir inkjesta fit-territorju tal-ewwel Stat Membru sabiex jiġi ddeterminat kwalunkwe dritt għall-benefiċċji relevanti, tista’ tinħatar persuna għal dan il-għan mill-istituzzjoni kompetenti, li għandha tinforma lill-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru. L-istituzzjonijiet għandhom jikkooperaw ma’ xulxin sabiex jevalwaw l-informazzjoni relevanti kollha u sabiex jikkonsultaw ir-rapporti u kwalunkwe dokument ieħor relatati mal-inċident. (4) Wara t-trattament, għandu jintbagħat fuq talba tal-istituzzjoni kompetenti, rapport dettaljat akkumpanjat minn ċertifikati mediċi relatati mal-konsegwenzi permanenti tal-inċident jew tal-marda, b’mod partikolari l-istat preżenti tal-persuna korruta u l-fejqan jew l-istabbilizzazzjoni tal-korrimenti. L-onorarji relevanti għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza, fejn ikun il-każ, bir-rata applikata minn din l-istituzzjoni bir-responsabbiltà tal-istituzzjoni kompetenti. (5) Fuq it-talba tal-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza, fejn ikun il-każ, l-istituzzjoni kompetenti għandha tinnotifikaha bid-deċiżjoni li tistabbilixxi d-data għall-fejqan jew l-istabbilizzazzjoni tal-korrimenti u, fejn ikun il-każ, id-deċiżjoni rigward l-għoti ta’ pensjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|