|
+Artikolu 50 Ħlasijiet rateali provviżorji u ħlas bil-quddiem ta’ benefiċċji ---+Article 50 1. ---+Article 50 2. ---+Article 50 3. |
Artikolu 50 Ħlasijiet rateali provviżorji u ħlas bil-quddiem ta’ benefiċċjiArtikolu 50 Ħlasijiet rateali provviżorji u ħlas bil-quddiem ta’ benefiċċji (1) Minkejja l-Artikolu 7 tar-Regolament implimentattiv, kwalunkwe istituzzjoni li tistabbilixxi, waqt li tkun qed tinvestiga talba għal benefiċċji, li l-applikant huwa intitolat għal benefiċċju indipendenti taħt il-leġislazzjoni applikabbli, b’konformità mal-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament bażiku, għandha tħallas dan il-benefiċċju mingħajr dewmien. Dan il-ħlas għandu jiġi kkunsidrat bħala provviżorju jekk l-ammont jista’ jiġi affettwat mir-riżultat tal-proċedura ta’ investigazzjoni tat-talba. (2) Kull meta jirriżulta mill-informazzjoni disponibbli li l-applikant huwa eliġibbli għal ħlas minn istituzzjoni taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku, dik l-istituzzjoni għandha tagħti ħlas bil-quddiem, li l-ammont tiegħu għandu jkun l-eqreb possibbli għal dak li x’aktarx jitħallas taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament bażiku. (3) Kull istituzzjoni li hija obbligata tħallas il-benefiċċji provviżorji jew il-ħlas bil-quddiem taħt il-paragrafi 1 jew 2 għandha tinforma lill-applikant mingħajr dewmien, b’mod speċifiku billi tiġbed l-attenzjoni tiegħu għan-natura provviżorja tal-miżura u kwalunkwe dritt ta’ appell taħt il-leġislazzjoni tagħha. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|