+Section 2 Offsetting
---+Artikolu 72 Benefiċċji riċevuti indebitament
------+Article 72 1.
------+Article 72 2.
------+Article 72 3.
---+Artikolu 73 Benefiċċji mħallsin provviżorjament fi flus jew kontribuzzjonijiet
------+Article 73 1.
------+Article 73 2.
---+Artikolu 74 Spejjeż relatati ma’ tpaċija

Section 2 Offsetting

Section 2 Offsetting

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 72 Benefiċċji riċevuti indebitament

Artikolu 72

Benefiċċji riċevuti indebitament

(1)  Jekk l-istituzzjoni ta’ Stat Membru ħallset benefiċċji indebiti lil persuna, dik l-istituzzjoni tista’, fit-termini u l-limiti stabbiliti fil-leġislazzjoni li hija tapplika, titlob lill-istituzzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor responsabbli mill-ħlas ta’ benefiċċji lill-persuna kkonċernata biex taqtal-ammont imħallas indebitament minn arretrati jew ħlasijiet kurrenti li għandha tagħti lill-persuna kkonċernata irrispettivament mil-liema fergħa tas-sigurtà soċjali li taħtha jitħallas il-benefiċċju. L-istituzzjoni tal-aħħar Stat Membru għandha taqtal-ammont konċernat suġġett għall-kondizzjonijiet u l-limiti li japplikaw għal din it-tip ta’ proċedura ta’ tpaċija taħt il-leġislazzjoni li hija tapplika bl-istess mod daqslikieku hija stess tkun għamlet ħlasijiet żejda, u għandha tittrasferixxi l-ammont maqtugħ lill-istitituzzjoni li tkun ħallset il-benefiċċji indebiti.

(2)  B’deroga mill-paragrafu 1, jekk, meta jkunu qegħdin jingħataw jew jiġu riveduti benefiċċji marbutin mal-invalidità, pensjonijiet tal-età u tas-superstiti taħt il-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu III tar-Regolament bażiku, l-istituzzjoni ta’ Stat Membru tkun ħallset lil persuna benefiċċji ta’ ammont indebitu, dik l-istituzzjoni tista’ titlob lill-istituzzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor responsabbli għall-ħlas ta’ benefiċċji korrispondenti lill-persuna kkonċernata biex tnaqqas l-ammont imħallas żejjed mill-arretrati pagabbli lill-persuna kkonċernata. Wara li din l-istituzzjoni tkun informat lill-istituzzjoni li ħallset is-somma indebita dwar l-arretrati tagħha, l-istituzzjoni li ħallset is-somma indebita għandha fi żmien xahrejn tikkomunika l-ammont tas-somma indebita. Jekk l-istituzzjoni li għandha tħallas l-arretrati tirċievi din il-komunikazzjoni sal-iskadenza hija għandha tittrasferixxi l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni li ħallset somom indebiti. Jekk tiskadi l-iskadenza, dik l-istituzzjoni għandha mingħajr dewmien tħallas l-arretrati lill-persuna kkonċernata.

(3)  Jekk persuna assigurata rċeviet assistenza soċjali fi Stat Membru wieħed matul perijodu li matulu huwa/hija kienet intitolata għal benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, il-korp li pprovda l-assistenza jista’, jekk huwa intitolat legalment li jitlob ħlas lura tal-benefiċċji dovuti lill-persuna konċernata, jitlob lill-istituzzjoni ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor responsabbli biex iħallas benefiċċji favur il-persuna kkonċernata biex inaqqas l-ammont ta’ assistenza mħallsa mill-ammonti li dan l-Istat Membru ħallas lill-persuna kkonċernata.

Din id-dispożizzjoni għandha tapplika mutatis mutandis għal kwalunkwe membru tal-familja ta’ persuna kkonċernata li rċeviet assistenza fit-territorju ta’ Stat Membru waqt perijodu li fih il-persuna assigurata kienet intitolata għal benefiċċji taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor rigward dak il-membru tal-familja.

L-istituzzjoni ta’ Stat Membru li ħallset ammont indebitu ta’ assistenza għandha tibgħat dikjarazzjoni tal-ammont dovut lill-istituzzjoni tal-Istat Membru l-ieħor, li għandha mbagħad tnaqqas l-ammont, suġġett għall-kondizzjonijiet u l-limiti stabbiliti għal din it-tip ta’ proċedura ta’ tpaċija taħt il-leġislazzjoni li hija tapplika, u tittrasferixxi l-ammont mingħajr dewmien lill-istituzzjoni li ħallset l-ammont indebitu.

Artikolu 73 Benefiċċji mħallsin provviżorjament fi flus jew kontribuzzjonijiet

Artikolu 73

Benefiċċji mħallsin provviżorjament fi flus jew kontribuzzjonijiet

(1)  Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament implimentattiv, sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara li l-leġislazzjoni applikabbli tkun ġiet determinata jew l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas tal-benefiċċji kienet identifikata, l-istituzzjoni li provviżorjament ħallset il-benefiċċji fi flus għandha tfassal dikjarazzjoni tal-ammont provviżorjament imħallas u għandha tibagħtu lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti.

L-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti biex tħallas il-benefiċċji għandha tnaqqas l-ammont dovut rigward il-ħlas provviżorju mill-arretrati tal-benefiċċji korrispondenti li hija għandha tagħti lill-persuna kkonċernata u mingħajr dewmien għandha tittrasferixxi l-ammont maqtugħ lill-istituzzjoni li ħallset provviżorjament il-benefiċċji fi flus.

Jekk l-ammont ta’ benefiċċji mħallsin provviżorjament jeċċedi l-ammont ta’ arretrati, jew jekk l-arretrati ma jeżistux, l-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti għandha tnaqqas dan l-ammont minn ħlasijiet li jkunu għaddejjin suġġett għall-kondizzjonijiet u l-limiti li japplikaw għal dan it-tip ta’ proċedura ta’ tpaċija taħt il-leġislazzjoni li hija tapplika u mingħajr dewmien tittrasferixxi l-ammont imnaqqas lill-istituzzjoni li provviżorjament tkun ħallset il-benefiċċji fi flus.

(2)  L-istituzzjoni li provviżorjament irċeviet kontribuzzjonijiet minn persuna ġuridika u/jew fiżika m’għandhiex tħallas lura l-ammonti in kwistjoni lill-persuna li ħallsithom sakemm hija ma tkunx ġiet aċċertata mill-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti s-somom dovuti lilha taħt l-Artikolu 6(4) tar-Regolament implimentattiv.

Fuq talba mill-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti, li għandha ssir mhux aktar tard minn tliet xhur wara li tkun ġiet determinata l-leġislazzjoni applikabbli, l-istituzzjoni li provviżorjament irċeviet kontribuzzjonijiet għandha tittrasferihom lill-istituzzjoni identifikata bħala kompetenti għal dak il-perijodu għall-finijiet tar-riżoluzzjoni tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet dovuti mill-persuna ġuridika u/jew fiżika lilha. Il-kontribuzzjonijiet ittrasferiti għandhom jitqiesu retroattivament bħala li tħallsu lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti.

Jekk l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet imħallsin provviżorjament jeċċedi l-ammont li l-persuna ġuridika u/jew fiżika għandha tagħti lill-istituzzjoni identifikata bħala li hija kompetenti, l-istituzzjoni li provviżorjament tirċievi kontribuzzjonijiet għandha tħallas lura l-ammont eċċessiv lill-persuna ġuridika u/jew fiżika kkonċernata.

Artikolu 74 Spejjeż relatati ma’ tpaċija

Artikolu 74

Spejjeż relatati ma’ tpaċija

Ebda spiża m’hija pagabbli fejn id-dejn jiġi rkuprat permezz tal-proċedura ta’ tpaċija prevista fl-Artikoli 72 u 73 tar-Regolament implimentattiv.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0987
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.