|
+Artikolu 80 Arranġamenti u skadenzi għal ħlasijiet ---+Article 80 1. ---+Article 80 2. |
Artikolu 80 Arranġamenti u skadenzi għal ħlasijietArtikolu 80 Arranġamenti u skadenzi għal ħlasijiet (1) L-irkupru jsir bil-munita tal-Istat Membru tal-entità rikjesta. L-ammont tat-talba fl-intier tiegħu li jiġi rkuprat mill-parti rikjesta għandu jiġi mibgħut lura mill-parti rikejsta lill-parti applikanti. (2) Fejn il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru proprju tagħha jippermettu, u wara li tikkonsulta lill-parti applikanti, il-parti rikjesta tista’ tħalli lid-debitur iż-żmien biex iħallas jew tawtorizza ħlas bin-nifs. Kwalunkwe interess meħud mill-parti rikjesta rigward żmien aktar bħal dan biex isir il-ħlas għandu jiġi ittrasferit lill-parti applikanti. Mid-data li fiha l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru tat-talba ikun direttament rikonoxxut taħt l-Artikolu 79(1) tar-Regolament implimentativ, jew aċċettat, rikonoxxut, supplimentat jew sostitwit taħt l-Artikolu 79(2) tar-Regolament implimentativ, għandu jiġi impost imgħax għal kull adempiment tardiv konformement mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta u dan għandu jkun ittrasferit ukoll lill-parti applikanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|