+Section 3 Recovery
---+Artikolu 75 Definizzjonijiet u dispożizzjoni komuni
------+Article 75 1.
------+Article 75 2.
------+Article 75 3.
---+Artikolu 76 Talbiet għal informazzjoni
------+Article 76 1.
------+Article 76 2.
------+Article 76 3.
------+Article 76 4.
---+Artikolu 77 Notifika
------+Article 77 1.
------+Article 77 2.
------+Article 77 3.
---+Artikolu 78 Talba għall-irkupru
------+Article 78 1.
------+Article 78 2.
------+Article 78 3.
------+Article 78 4.
------+Article 78 5.
---+Artikolu 79 Strument li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru
------+Article 79 1.
------+Article 79 2.
---+Artikolu 80 Arranġamenti u skadenzi għal ħlasijiet
------+Article 80 1.
------+Article 80 2.
---+Artikolu 81 Kontestazzjoni dwar it-talba jew tal-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru tagħha u kontestazzjonidwar il-miżuri ta’ eżekuzzjoni
------+Article 81 1.
------+Article 81 2.
------+Article 81 3.
------+Article 81 4.
---+Artikolu 82 Limiti li japplikaw għall-assistenza
------+Article 82 1.
------+Article 82 2.
---+Artikolu 83 Perijodi ta’ limitazzjoni
------+Article 83 1.
------+Article 83 2.
---+Artikolu 84 Miżuri ta’ prekawzjoni
---+Artikolu 85 Spejjeż relatati ma’ rkupru
------+Article 85 1.
------+Article 85 2.
------+Article 85 3.
---+Artikolu 86 Klawsola tar-reviżjoni
------+Article 86 1.
------+Article 86 2.
------+Article 86 3.
|
Section 3 Recovery
Section 3 Recovery
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 75 Definizzjonijiet u dispożizzjoni komuni
|
Artikolu 75 Definizzjonijiet u dispożizzjoni komuni (1) Għall-finijiet ta’ din it-Taqsima:
— “talba” tfisser it-talbiet kollha relatati ma’ kontribuzzjonijiet jew ma’ benefiċċji mħallsin jew indebitament ipprovduti, inklużi interessi, multi, pieni amministrattivi u l-ħlasijiet u l-ispejjeż l-oħrajn kollha konnessi mat-talba taħt il-leġislazzjoni tal-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba,
— “parti applikanti” tfisser, fir-rigward ta’ kull Stat Membru, kwalunkwe istituzzjoni li tagħmel talba għal informazzjoni, notifika jew irkupru rigward talba kif definita hawn fuq,
— “parti rikjesta” tfisser, fir-rigward ta’ kull Stat Membru, kwalunkwe istituzzjoni li tista’ ssirilha talba għal informazzjoni, notifika jew irkupru.
(2) It-talbiet u kwalunkwe komunikazzjoni relatata bejn l-Istati Membri għandhom, b’mod ġenerali, ikunu indirizzati via istituzzjonijiet nominati. (3) Il-miżuri prattiċi ta’ implimentazzjoni, inklużi, fost l-oħrajn, dawk relatati mal-Artikolu 4 tar-Regolament implimentattiv u dwar l-istabbiliment ta’ limitu massimu għall-ammonti li għalihom tista’ ssir talba għal irkupru, għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni Amministrattiva.
|
|
Artikolu 76 Talbiet għal informazzjoni
|
Artikolu 76 Talbiet għal informazzjoni (1) Fuq it-talba tal-parti applikanti, il-parti rikjesta għandha tipprovdi kwalunkwe informazzjoni li tkun utli għall-parti applikanti fl-irkupru tat-talba tagħha. Sabiex takkwista dik l-informazzjoni, il-parti rikjesta għandha tuża s-setgħat previsti fil-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-irkupru ta’ talbiet simili li jsiru fl-Istat Membru tagħha. (2) It-talba għal informazzjoni għandha tindika l-isem, l-aħħar indirizz magħruf, u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra relatata mal-identifikazzjoni tal-persuna ġuridika jew fiżika kkonċernata li magħha hija amrbuta l-informazzjoni u n-natura u l-ammont tat-talba li dwarha qed issir talba. (3) Il-parti rikjesta m’hijiex obbligata li tagħti informazzjoni:
(a) li hija ma tkunx tista’ tikseb għall-fini li tirkupra talbiet simili li jinqalgħu fl-Istat Membru tagħha stess;
(b) li tiżvela xi sigriet kummerċjali, industrijali jew kummerċjali; jew
(c) li l-iżvelar tagħha jista’ jippreġudika s-sigurtà ta’ jew imur kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru.
(4) Il-parti rikjesta għandha tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet li għalihom tkun ċaħdet talba għal informazzjoni.
|
|
Artikolu 77 Notifika
|
Artikolu 77 Notifika (1) Il-parti rikjesta għandha, fuq talba tal-parti applikanti, u konformement mar-regoli fis-seħħ għan-notifikazzjoni ta’ strumenti jew deċiżjonijiet simili fl-Istat Membru tagħha stess, tinnotifika lid-destinatarju bl-istrumenti u d-deċiżjonijiet kollha, inklużi dawk ta’ natura ġudizzjarja, li joriġinaw mill-Istat Membru tal-parti applikanti u li huma relatati ma’ talba u/jew l-irkupru tagħha. (2) It-talba għal notifika għandha tindika l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra rigward l-identifikazzjoni tad-destinatarju kkonċernat li għaliha l-parti applikanti normalment għandha aċċess, in-natura u s-suġġett tal-istrument jew tad-deċiżjoni li trid tiġi nnotifikata u, fejn applikabbli, l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra relatata mal-identifikazzjoni tad-debitur u t-talba li l-istrument jew deċiżjoni huma marbutin magħha, u kwalunkwe informazzjoni oħra utli. (3) Il-parti rikjesta għandha mingħajr dewmien tinforma lill-parti applikanti bl-azzjoni meħuda fuq it-talba tagħha għal notifika u, partikolarment, bid-data li fiha d-deċiżjoni jew strument kienu mgħoddijin lid-destinatarju.
|
|
Artikolu 78 Talba għall-irkupru
|
Artikolu 78 Talba għall-irkupru (1) It-talba għall-irkupru ta’ talba, indirizzata mill-parti applikanti lill-parti rikjesta, għandha tkun akkumpanjata minn kopja uffiċjali jew ċertifikata tal-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tagħha, maħruġa mill-Istat Membru tal-parti applikanti u, jekk ikun il-każ, minn kopja oriġinali jew iċċertifikata ta’ dokumenti oħrajn meħtieġa għall-irkupru. (2) Il-parti applikanti tista’ tagħmel talba għal irkupru jekk:
(a) it-talba u/jew l-istrument li jippermettu l-eżekuzzjoni tagħha mhumiex kontestati fl-Istat Membru tagħha stess, ħlief f’każijiet fejn huwa applikat it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 81(2) tar-Regolament implimentattiv;
(b) hija tkun, fl-Istat Membru tagħha stess, applikat proċeduri ta’ rkupru adatti li jkunu disponibbli għaliha abbażi tal-istrument imsemmi fil-paragrafu 1, u l-miżuri meħudin ma jirriżultawx fil-ħlas sħiħ tat-talba;
(c) il-perijodu ta’ limitazzjoni, taħt il-leġislazzjoni tagħha stess ma jkunx skada.
(3) It-talba għall-irkupru għandha tindika:
(a) l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra marbuta mal-identifikazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika konċernata u/jew il-parti terza fil-pussess tal-attiv tagħha;
(b) l-isem, l-indirizz u kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti dwar l-identifikazzjoni tal-parti applikanti;
(c) referenza għall-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tagħha, maħruġ fl-Istat Membru tal-parti applikanti;
(d) in-natura u l-ammont tat-talba, inkluż is-somma kapitali, l-interessi, il-multi, il-pieni amministrattivi u l-ispejjeż dovuti kollha indikati fil-muniti tal-Istati Membri tal-parti applikanti u l-parti rikjesta;
(e) id-data ta’ notifika tal-istrument lid-destinatarju mill-parti applikanti u/jew mill-parti rikjesta;
(f) id-data li minnha u l-perijodu li matulu l-eżekuzzjoni tkun possibbli konformement mal-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-entità applikanti;
(g) kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra.
(4) It-talba għal irkupru għandha tinkludi wkoll dikjarazzjoni mill-parti applikanti li tikkonferma li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 kienu sodisfatti. (5) Il-parti applikanti għandha tibgħat lill-parti rikjesta kwalunkwe informazzjoni relevanti marbuta mal-kwistjoni li wasslet għat-talba għal irkupru, hekk kif issir taf biha.
|
|
Artikolu 79 Strument li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru
|
Artikolu 79 Strument li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru (1) Taħt l-Artikolu 84(2) tar-Regolament bażiku, l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tat-talba għandu jkun rikonoxxut direttament u pproċessat awtomatikament bħala strument li jippermetti l-eżekuzzjoni ta’ talba tal-Istat Membru tal-parti rikjesta. (2) Minkejja l-paragrafu 1, l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tat-talba jista’, fejn ikun il-każ u konformement mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, ikun aċċettat, rikonoxxut bħala, issupplimentat bi, jew mibdul bi strument li jawtorizza l-eżekuzzjoni fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru. Fi żmien tliet xhur mid-data li fiha tiġi riċevuta t-talba ta’ rkupru, l-Istati Membri għandhom jippruvaw itemmu l-aċċettazzjoni, rikonoxximent, supplimentar jew bdil, ħlief f’kazijiet fejn jiġi applikat it-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-Istati Membri ma jistgħux jiċħdu li jwettqu sal-aħħar dawn l-azzjonijiet jekk l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni jitfassal kif ikun il-każ. Il-parti rikjesta għandha tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet għaliex tkun qabżet il-perijodu ta’ tliet xhur. Jekk xi waħda minn dawn l-azzjonijiet tagħti lok għall-kontestazzjoni rigward it-talba u/jew l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni maħruġ mill-parti applikanti, għandu japplika l-Artikolu 81 tar-Regolament implimentattiv.
|
|
Artikolu 80 Arranġamenti u skadenzi għal ħlasijiet
|
Artikolu 80 Arranġamenti u skadenzi għal ħlasijiet (1) L-irkupru jsir bil-munita tal-Istat Membru tal-entità rikjesta. L-ammont tat-talba fl-intier tiegħu li jiġi rkuprat mill-parti rikjesta għandu jiġi mibgħut lura mill-parti rikejsta lill-parti applikanti. (2) Fejn il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru proprju tagħha jippermettu, u wara li tikkonsulta lill-parti applikanti, il-parti rikjesta tista’ tħalli lid-debitur iż-żmien biex iħallas jew tawtorizza ħlas bin-nifs. Kwalunkwe interess meħud mill-parti rikjesta rigward żmien aktar bħal dan biex isir il-ħlas għandu jiġi ittrasferit lill-parti applikanti. Mid-data li fiha l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru tat-talba ikun direttament rikonoxxut taħt l-Artikolu 79(1) tar-Regolament implimentativ, jew aċċettat, rikonoxxut, supplimentat jew sostitwit taħt l-Artikolu 79(2) tar-Regolament implimentativ, għandu jiġi impost imgħax għal kull adempiment tardiv konformement mal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta u dan għandu jkun ittrasferit ukoll lill-parti applikanti.
|
|
Artikolu 81 Kontestazzjoni dwar it-talba jew tal-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru tagħha u kontestazzjonidwar il-miżuri ta’ eżekuzzjoni
|
Artikolu 81 Kontestazzjoni dwar it-talba jew tal-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tal-irkupru tagħha u kontestazzjonidwar il-miżuri ta’ eżekuzzjoni (1) Jekk, matul il-proċedura ta’ rkupru, it-talba u/jew l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tagħha maħruġ fl-Istat Membru tal-parti applikanti jkunu kkontestati minn parti interessata, l-azzjoni għandha titressaq minn din il-parti quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-parti applikanti, konformement mal-liġijiet fis-seħħ f’dak l-Istat Membru. Il-parti applikanti għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-parti rikjesta b’din l-azzjoni. Il-parti interessata tista’ wkoll tinforma lill-parti rikjesta bl-azzjoni. (2) Hekk kif il-parti rikjesta tkun irceviet in-notifika jew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew min-naħa tal-parti applikanti jew min-naħa tal-parti interessata, hija għandha tissospendi l-proċedura ta’ eżekuzzjoni sa meta tittieħed id-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti f’dan il-qasam, sakemm il-parti applikanti ma titlobx mod ieħor taħt it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Jekk il-parti rikjesta taħseb li jkun meħtieġ, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 84 tar-Regolament implimentattiv, hija tista’ tieħu miżuri prekawzjonarji biex tiggarantixxi l-irkupru sa fejn il-liġijiet jew ir-regolamenti fis-seħħ tal-Istat Membru proprju tagħha jippermettu tali azzjoni għal talbiet simili. Irrispettivament mill-ewwel subparagrafu, l-parti applikanti tista’, konformement mal-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattika amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru proprju tagħha, titlob lill-parti rikjesta biex tirkupra talba kkontestata, sakemm il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattika amministrattiva relevanti fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jippermettu azzjoni bħal din. Jekk ir-riżultat tal-kontestazzjoni jkun sussegwentement favorevoli għad-debitur, il-parti applikanti hija responsabbli li tħallas lura kull somma rkuprata, flimkien ma’ kull kumpens dovut, b’konformità mal-leġislazzjoni fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta. (3) Fejn il-kontestazzjoni tikkonċerna l-miżuri ta’ eżekuzzjoni meħudin fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, l-azzjoni għandha titressaq quddiem l-awtorità adatta ta’ dak l-Istat Membru f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. (4) Fejn l-awtorità kompetenti li quddiemha tkun tressqet l-azzjoni taħt il-paragrafu 1 hija tribunal ġudizzjarju jew amministrattiv, id-deċiżjoni ta’ dak it-tribunal, sakemm tkun favorevoli għall-parti applikanti u tippermetti l-irkupru tat-talba fl-Istat Membru tal-parti applikanti, għandha tikkonstitwixxi “l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni” fis-sens ta’ Artikoli 78 u 79 tar-Regolament implimentattiv u l-irkupru tat-talba għandu jkompli fuq il-bażi ta’ dik id-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 82 Limiti li japplikaw għall-assistenza
|
Artikolu 82 Limiti li japplikaw għall-assistenza (1) Il-parti rikjesta m’għandhiex tkun obbligata:
(a) li tagħti l-assistenza prevista fl-Artikoli 78 sa 81 tar-Regolament implimentattiv jekk l-irkupru tat-talba jista’, minħabba s-sitwazzjoni tad-debitur, joħloq diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, sakemm il-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattika amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jippermettu azzjoni bħal din għal talbiet nazzjonali simili;
(b) li tagħti l-assistenza msemmija fl-Artikoli 76 sa 81 tar-Regolament implimentattiv, jekk it-talba inizjali taħt l-Artikolu 76 sa 78 tar-Regolament implimentattiv tapplika għat-talbiet li ilhom aktar minn ħames snin, li jiddataw mill-mument li l-istrument li jippermetti l-irkupru kien stabbilit konformement mal-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattika amministrattiva fl-Istat Membru tal-parti applikanti, fid-data tat-talba. Madankollu, jekk it-talba jew l-istrument huma kkontestati, il-limitu taż-żmien jibda mill-mument li fih l-Istat Membru tal-parti applikanti jistabbilixxi li t-talba jew l-ordni ta’ eżekuzzjoni li tippermetti l-irkupru ma tistax tiġi aktar kontestata.
(2) Il-parti rikjesta għandha tinforma lill-parti applikanti bir-raġunijiet li għalihom tkun ċaħdet talba għal assistenza.
|
|
Artikolu 83 Perijodi ta’ limitazzjoni
|
Artikolu 83 Perijodi ta’ limitazzjoni (1) Il-kwistjonijiet rigward il-perijodi ta’ limitazzjoni għandhom ikunu regolati kif ġej:
(a) mil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti applikanti, sakemm dawn jikkonċernaw it-talba u/jew l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tagħha; u
(b) mil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, sakemm dawn jikkonċernaw il-miżuri ta’ eżekuzzjoni fl-Istat Membru rikjest.
Il-perijodi ta’ limitazzjoni taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta għandhom jibdew mid-data tar-rikonoxximent dirett jew mid-data tal-aċċettazzjoni, ir-rikonoxximent, is-supplimentar jew is-sostitizzjoni taħt l-Artikolu 79 tar-Regolament implimentattiv. (2) Il-passi meħudin għall-irkupru ta’ talbiet mill-parti rikjesta wara xi talba għall-assistenza, li, kieku kienu twettqu mill-parti applikanti, kien ikollhom l-effett li jissospendu jew jinterrompu l-perijodu ta’ limitazzjoni taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti applikanti, għandhom jitqiesu li kienu ttieħdu fl-Istat tal-aħħar, safejn jikkonċerna dak l-effett.
|
|
Artikolu 84 Miżuri ta’ prekawzjoni
|
Artikolu 84 Miżuri ta’ prekawzjoni Fuq talba raġunata mill-parti applikanti, il-parti rikjesta għandha tieħu miżuri prekawzjonarji biex tiżgura l-irkupru ta’ talba sakemm il-liġijiet u r-regolamenti fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta jippermettu. Għall-finijiet ta’ implimentazzjoni tal-ewwel paragrafu, id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 78, 79, 81 u 82 tar-Regolament implimentattiv għandhom japplikaw mutatis mutandis.
|
|
Artikolu 85 Spejjeż relatati ma’ rkupru
|
Artikolu 85 Spejjeż relatati ma’ rkupru (1) Il-parti rikjesta għandha tirkupra mingħand il-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata u żżomm kwalunkwe spiża marbuta mal-irkupru li hija tagħmel taħt il-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat Membru tal-parti rikjesta li japplikaw għal talbiet simili. (2) L-assistenza reċiproka mogħtija taħt din it-Taqsima għandha, bħala regola, tkun mingħajr ħlas. Madankollu, fejn l-irkupru jqanqal problema speċifika jew jikkonċerna ammont kbir ta’ spejjeż, il-partijiet applikanti u rikjesti jistgħu jaqblu dwar arranġamenti ta’ ħlas lura speċifiċi għall-każijiet in kwistjoni. (3) L-Istat Membru tal-parti applikanti għandu jibqa’ responsabbli lejn l-Istat Membru tal-parti rikjesta għal kwalunkwe spejjeż u telf li jsiru bħala riżultat ta’ azzjonijiet meqjusin li huma bla bażi, sakemm is-sostanza tat-talba jew il-validità tal-istrument maħruġin mill-parti applikanti huma kkonċernati.
|
|
Artikolu 86 Klawsola tar-reviżjoni
|
Artikolu 86 Klawsola tar-reviżjoni (1) Mhux aktar tard mir-raba’ sena kalendarja sħiħa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tippreżenta rapport komparattiv dwar il-perijodi ta’ skadenza stabbiliti fl-Artikolu 67(2), (5) u (6) tar-Regolament implimentattiv. Abbażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni Ewropea tista’, jekk meħtieġ, tippreżenta proposti adatti għar-reviżjoni ta’ dawn il-perijodi ta’ skadenza bl-għan li jitnaqqsu b’mod sinifikanti. (2) Mhux aktar tard mid-data msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tevalwa wkoll ir-regoli għall-konverżjoni ta’ perijodi stipulati fl-Artikolu 13 bil-għan tas-simplifikazzjoni ta’ dawk ir-regoli, jekk dan ikun possibbli. (3) Mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tippreżenta rapport li jevalwa speċifikament l-applikazzjoni tal-Kapitoli I u III tat-Titolu IV tar-Regolament implimentattiv, b’mod partikolari rigward il-proċeduri u l-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 67(2), (5) u (6) tar-Regolament implimentattiv u l-proċeduri ta’ rkupru msemmija fl-Artikolu 75 sa 85 tar-Regolament implimentattiv. Fid-dawl ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni Ewropea tista’, jekk meħtieġ, tippreżenta proposti adatti biex tagħmel dawn il-proċeduri aktar effiċjenti u bbilanċjati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0987
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|