|
+Artikolu 83 Perijodi ta’ limitazzjoni ---+Article 83 1. ---+Article 83 2. |
Artikolu 83 Perijodi ta’ limitazzjoniArtikolu 83 Perijodi ta’ limitazzjoni (1) Il-kwistjonijiet rigward il-perijodi ta’ limitazzjoni għandhom ikunu regolati kif ġej: (a) mil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti applikanti, sakemm dawn jikkonċernaw it-talba u/jew l-istrument li jippermetti l-eżekuzzjoni tagħha; u (b) mil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta, sakemm dawn jikkonċernaw il-miżuri ta’ eżekuzzjoni fl-Istat Membru rikjest. Il-perijodi ta’ limitazzjoni taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti rikjesta għandhom jibdew mid-data tar-rikonoxximent dirett jew mid-data tal-aċċettazzjoni, ir-rikonoxximent, is-supplimentar jew is-sostitizzjoni taħt l-Artikolu 79 tar-Regolament implimentattiv. (2) Il-passi meħudin għall-irkupru ta’ talbiet mill-parti rikjesta wara xi talba għall-assistenza, li, kieku kienu twettqu mill-parti applikanti, kien ikollhom l-effett li jissospendu jew jinterrompu l-perijodu ta’ limitazzjoni taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru tal-parti applikanti, għandhom jitqiesu li kienu ttieħdu fl-Istat tal-aħħar, safejn jikkonċerna dak l-effett. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|