|
+Artikolu 86 Klawsola tar-reviżjoni ---+Article 86 1. ---+Article 86 2. ---+Article 86 3. |
Artikolu 86 Klawsola tar-reviżjoniArtikolu 86 Klawsola tar-reviżjoni (1) Mhux aktar tard mir-raba’ sena kalendarja sħiħa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tippreżenta rapport komparattiv dwar il-perijodi ta’ skadenza stabbiliti fl-Artikolu 67(2), (5) u (6) tar-Regolament implimentattiv. Abbażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni Ewropea tista’, jekk meħtieġ, tippreżenta proposti adatti għar-reviżjoni ta’ dawn il-perijodi ta’ skadenza bl-għan li jitnaqqsu b’mod sinifikanti. (2) Mhux aktar tard mid-data msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tevalwa wkoll ir-regoli għall-konverżjoni ta’ perijodi stipulati fl-Artikolu 13 bil-għan tas-simplifikazzjoni ta’ dawk ir-regoli, jekk dan ikun possibbli. (3) Mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2015, il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tippreżenta rapport li jevalwa speċifikament l-applikazzjoni tal-Kapitoli I u III tat-Titolu IV tar-Regolament implimentattiv, b’mod partikolari rigward il-proċeduri u l-limiti taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 67(2), (5) u (6) tar-Regolament implimentattiv u l-proċeduri ta’ rkupru msemmija fl-Artikolu 75 sa 85 tar-Regolament implimentattiv. Fid-dawl ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni Ewropea tista’, jekk meħtieġ, tippreżenta proposti adatti biex tagħmel dawn il-proċeduri aktar effiċjenti u bbilanċjati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|