|
+Artikolu 88 Notifiki ---+Article 88 1. ---+Article 88 2. ---+Article 88 3. ---+Article 88 4. ---+Article 88 5. |
Artikolu 88 NotifikiArtikolu 88 Notifiki (1) L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea bid-dettalji tal-korpi ddefiniti fl-Artikolu 1(m), (q) u (r) tar-Regolament bażiku u fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) tar-Regolament implimentattiv, u tal-istituzzjonijiet nominati konformement mar-Regolament implimentattiv. (2) Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu provduti b’identità elettronika fil-forma ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni u ta’ indirizz elettroniku. (3) Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-istruttura, il-kontenut u l-arranġamenti dettaljati, inklużi l-format komuni u l-mudell, għan-notifika tad-dettalji speċifikati fil-paragrafu (1) (4) L-Anness 4 tar-Regolament implimentattiv jagħti dettalji dwar id-database pubblika li tinkludi l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu (1) Id-database għandha tiġi stabbilita u mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea. L-Istati Membri għandhom, madankollu, ikunu responsabbli għad-dħul f’din id-database tal-informazzjoni ta’ kuntatt nazzjonali tagħhom stess. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-eżattezza tad-dħul tal-informazzjoni ta’ kuntatt nazzjonali meħtieġa taħt il-paragrafu (1) (5) L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-aġġornament tal-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu (1) 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|