+TITLE V MISCELLANEOUS, TRANSITIONAL AND FINAL PROVISIONS
---+Artikolu 87 Eżami mediku u verifika amministrattiva
------+Article 87 1.
------+Article 87 2.
------+Article 87 3.
------+Article 87 4.
------+Article 87 5.
------+Article 87 6.
---+Artikolu 88 Notifiki
------+Article 88 1.
------+Article 88 2.
------+Article 88 3.
------+Article 88 4.
------+Article 88 5.
---+Artikolu 89 Informazzjoni
------+Article 89 1.
------+Article 89 2.
------+Article 89 3.
---+Artikolu 90 Konverżjoni ta’ valuti
---+Artikolu 91 Statistika
---+Artikolu 92 L-emendament tal-Annessi
---+Artikolu 93 Dispożizzjonijiet transitorji
---+Artikolu 94 Dispożizzjonijiet transitorji relatati mal-pensjonijiet
------+Article 94 1.
------+Article 94 2.
---+Artikolu 95 Perijodu transitorju għall-iskambji elettroniċi ta’ data
------+Article 95 1.
------+Article 95 2.
---+Artikolu 96 Tħassir
------+Article 96 1.
------+Article 96 2.
---+Artikolu 97 Pubblikazzjoni u dħul fis-seħħ

TITLE V MISCELLANEOUS, TRANSITIONAL AND FINAL PROVISIONS

TITLE V MISCELLANEOUS, TRANSITIONAL AND FINAL PROVISIONS

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 87 Eżami mediku u verifika amministrattiva

Artikolu 87

Eżami mediku u verifika amministrattiva

(1)  Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra, fejn benefiċjarju jew applikant għal benefiċċji, jew membru tal-familja tiegħu, ikun fuq żjara jew jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru li m’huwiex dak fejn qiegħda l-istituzzjoni debitriċi, l-eżami mediku għandu jsir, fuq it-talba ta’ din l-istituzzjoni, mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza tal-benefiċjarju konformement mal-proċeduri stabbiliti mil-leġislazzjoni applikati minn dik l-istituzzjoni.

L-istituzzjoni debitriċi għandha tinforma lill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza dwar kwalunkwe ħtieġa speċjali li għandha tiġi segwita u, jekk meħtieġ, bil-punti li jridu jiġu koperti mill-eżami l-eżamijiet mediċi.

(2)  L-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza għandha tgħaddi rapport lill-istituzzjoni debitriċi li talbet l-eżami mediku. Din l-istituzzjoni għandha tkun marbuta bil-konklużjonijiet tal-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza.

L-istituzzjoni debitriċi żżomm id-dritt li wara tipproċedi biex teżamina lill-benefiċjarju minn tabib tal-għażla proprja tagħha. Madankollu, il-benefiċjarju jista’ jkun mitlub li jirritorna fl-Istat Membru tal-istituzzjoni debitriċi biss jekk huwa jew hija jista’ jagħmel il-vjaġġ mingħajr ma dan ikun ta’ dannu għal saħħtu/saħħitha u li l-ispiża tal-vjaġġ u tal-akkomodazzjoni titħallas mill-istituzzjoni debitriċi.

(3)  Fejn benefiċjarju jew applikant għal benefiċċji, jew membru tal-familja tiegħu, ikun fuq żjara jew jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru divers minn dak fejn qiegħda l-istituzzjoni debitriċi, il-verifika amministrattiva għandha ssir, fuq it-talba tal-istituzzjoni debitriċi, mill-istituzzjoni tal-post taż-żjara jew ta’ residenza tal-benefiċjarju.

Il-paragrafu 2 għandu japplika ukoll f’dan il-każ.

(4)  Il-paragrafi 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll biex jiġi ddeterminat jew verifikat l-istat ta’ dipendenza ta’ benefiċjarju jew applikant għal benefiċċji għall-kura għat-tul imsemmijin fl-Artikolu 34 tar-Regolament bażiku.

(5)  L-awtoritajiet kompetenti jew l-istituzzjonijiet kompetenti ta’ żewġ Stati Membri jew aktar jistgħu jaqblu dwar dispożizzjonijiet u proċeduri speċifiċi li jtejbu b’mod sħiħ jew parzjalment kemm l-applikant u l-benefiċjarji huma lesti għas-suq tax-xogħol u l-parteċipazzjoni tagħhom fi kwalunkwe skema jew programm disponibbli fl-Istat Membru taż-żjara jew ta’ residenza għal dak il-għan.

(6)  Bħala eċċezzjoni għall-prinċipju ta’ kooperazzjoni amministrattiva reċiproka mingħajr ħlas fl-Artikolu 76(2) tar-Regolament bażiku, l-ammont effettiv tal-ispejjeż tal-verifiki msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 għandu jitħallas lura lill-istituzzjoni li ntalbet twettaqhom mill-istituzzjoni debitriċi li talbithom.

Artikolu 88 Notifiki

Artikolu 88

Notifiki

(1)  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni Ewropea bid-dettalji tal-korpi ddefiniti fl-Artikolu 1(m), (q) u (r) tar-Regolament bażiku u fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) tar-Regolament implimentattiv, u tal-istituzzjonijiet nominati konformement mar-Regolament implimentattiv.

(2)  Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu provduti b’identità elettronika fil-forma ta’ kodiċi ta’ identifikazzjoni u ta’ indirizz elettroniku.

(3)  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tistabbilixxi l-istruttura, il-kontenut u l-arranġamenti dettaljati, inklużi l-format komuni u l-mudell, għan-notifika tad-dettalji speċifikati fil-paragrafu (1)

(4)  L-Anness 4 tar-Regolament implimentattiv jagħti dettalji dwar id-database pubblika li tinkludi l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu (1) Id-database għandha tiġi stabbilita u mmexxija mill-Kummissjoni Ewropea. L-Istati Membri għandhom, madankollu, ikunu responsabbli għad-dħul f’din id-database tal-informazzjoni ta’ kuntatt nazzjonali tagħhom stess. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-eżattezza tad-dħul tal-informazzjoni ta’ kuntatt nazzjonali meħtieġa taħt il-paragrafu (1)

(5)  L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-aġġornament tal-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu (1)

Artikolu 89 Informazzjoni

Artikolu 89

Informazzjoni

(1)  Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tipprepara l-informazzjoni meħtieġa biex ikun żgurat li l-partijiet konċernati huma konxji ta’ drittijiethom u tal-formalitajiet amministrattivi meħtieġa biex jaffermawhom. Din l-informazzjoni għandha, fejn huwa possibbli, tkun disseminata elettronikament permezz tal-pubblikazzjoni onlajn fuq siti aċċessibbli lill-pubbliku. Il-Kummissjoni Amministrattiva għandha tiżgura li l-informazzjoni tkun aġġornata regolarment u tissorvelja l-kwalità tas-servizzi provduti lill-klijenti.

(2)  Il-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 75 tar-Regolament bażiku jista’ joħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet dwar titjib tal-informazzjoni u tad-disseminazzjoni tagħha.

(3)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet tagħhom huma konxji ta’ u japplikaw id-dispożizzjonijiet Komunitarji kollha, leġislattivi jew ta’ natura oħra, inklużi d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Amministrattiva, fl-oqsma koperti minn u fit-termini tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 90 Konverżjoni ta’ valuti

Artikolu 90

Konverżjoni ta’ valuti

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv, ir-rata tal-kambju bejn żewġ valuti għandha tkun ir-rata ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew. Id-data li għandha titqies biex tiġi ddeterminata r-rata tal-kambju għandha tkun stabbilita mill-Kummissjoni Amministrattiva.

Artikolu 91 Statistika

Artikolu 91

Statistika

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkompilaw statistika dwar l-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv u jgħadduha lis-segretarjat tal-Kummissjoni Amministrattiva. Din id-data għandha tinġabar u tkun organizzata konformement mal-pjan u l-metodu ddefinit mill-Kummissjoni Amministrattiva. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun responsabbli għad-disseminazzjoni ta’ din l-informazzjoni.

Artikolu 92 L-emendament tal-Annessi

Artikolu 92

L-emendament tal-Annessi

L-Annessi 1, 2, 3, 4 u 5 tar-Regolament implimentattiv u l-Annessi VI, VII, VIII u IX tar-Regolament bażiku jistgħu jiġu emendati minn Regolament tal-Kummissjoni fuq it-talba tal-Kummissjoni Amministrattiva.

Artikolu 93 Dispożizzjonijiet transitorji

Artikolu 93

Dispożizzjonijiet transitorji

L-Artikolu 87 tar-Regolament bażiku għandu japplika għas-sitwazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 94 Dispożizzjonijiet transitorji relatati mal-pensjonijiet

Artikolu 94

Dispożizzjonijiet transitorji relatati mal-pensjonijiet

(1)  Fejn ikun hemm il-kontinġenza qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u t-talba għal pensjoni ma tkunx ingħatat qabel dik id-data, it-tali talba għandha twassal għal għotja doppja, safejn jidħlu l-benefiċċji li jridu jingħataw, abbażi ta’ tali kontinġenza, għal perijodu qabel dik id-data:

(a) għall-perijodu qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, taħt ir-Regolament (KEE) Nru 1408/71, jew konformement ma’ kull arranġament fis-seħħ bejn l-Istati Membri kkonċernati;

(b) għall-perijodu li jibda fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, konformement mar-Regolament bażiku.

Madanakollu, jekk l-ammont ikkalkulat taħt id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalih taħt (a) ikun ikbar minn dak ikkalkulat taħt id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalihom taħt (b), il-persuna kkonċernata tkompli tkun intitolata għall-ammont ikkalkulat taħt id-dispożizzjonijiet li hemm referenza għalihom taħt il-punt (a).

(2)  It-talbiet għall-benefiċċji tal-invalidità, tal-età jew tas-superstiti sottomessi lill-istituzzjoni ta’ Stat Membru mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv fit-territorju tal-Istat Membru konċernat għandhom awtomatikament jeħtieġu l-istima mill-ġdid tal-benefiċċji li jkunu ngħataw qabel din id-data għall-istess kontinġenza mill-istituzzjoni jew l-istituzzjonijiet ta’ wieħed jew iktar mill-Istati Membri taħt ir-Regolament bażiku. Tali evalwazzjoni mill-ġdid tista’ ma tistax twassal għal xi riduzzjoni fl-ammont ta’ benefiċċji mogħtija.

Artikolu 95 Perijodu transitorju għall-iskambji elettroniċi ta’ data

Artikolu 95

Perijodu transitorju għall-iskambji elettroniċi ta’ data

(1)  Kull Stat Membru jista’ jibbenefika minn perijodu transitorju għall-iskambju ta’ data permezz ta’ mezzi elettroniċi kif previst fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament implimentattiv.

Dawn il-perijodi transitorji m’għandhomx jaqbżu l-24 xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv.

Madankollu, jekk it-twettiq tal-infrastruttura Komunitarja meħtieġa (Electronic Exchange of Social Security Information - EESSI) jiġi ttardjat b’mod sinifikanti fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament implimentattiv, il-Kummissjoni Amministrattiva tista’ taqbel dwar estensjoni adegwata ta’ dawn il-perijodi.

(2)  L-arranġamenti prattiċi għal kwalunkwe perijodu transitorju meħtieġ, imsemmi fil-paragrafu 1, għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni Amministrattiva bil-ħsieb li jiġi żgurat l-iskambju ta’ data meħtieġ għall-applikazzjoni tar-Regolament bażiku u tar-Regolament implimentattiv.

Artikolu 96 Tħassir

Artikolu 96

Tħassir

(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72 huwa b’dan mħassar b’effett mill-1 ta’ Mejju 2010.

Madankollu, ir-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandu jibqa’ fis-seħħ u jkompli jkollu effett legali għall-finijiet ta’:

(a) ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 tal-14 ta’ Mejju 2003 li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom ( 2 ) sa dak il-mument meta dak ir-Regolament jiġi mħassar jew emendat;

(b) ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1661/85 tat-13 ta’ Ġunju 1985 li jipprovdi l-adattamenti tekniċi għar-regoli tal-Komunità dwar is-sigurtà soċjali għall-ħaddiema emigranti għal dak li għandu x’jaqsam ma’ Greenland ( 3 ), sa dak il-mument meta dak ir-Regolament jiġi mħassar jew emendat;

(c) il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea ( 4 ), il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni ( 5 ) u kull ftehim ieħor li jinkludi referenza għar-Regolament (KEE) Nru 574/72, sa dak il-mument meta dawk l-istrumenti ta’ ftehim jiġu emendati abbażi tar-Regolament implimentattiv.

(2)  Fid-Direttiva tal-Kunsill 98/49/KE tad-29 ta’ Ġunju 1998 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-pensjoni supplimentari ta’ persuni impjegati u dawk li jaħdmu għal rashom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità ( 6 ), u b’mod aktar ġenerali fl-Atti l-oħra kollha tal-Komunità r-referenzi għar-Regolament (KEE) Nru 574/72 għandhom jinftiehmu bħala li jirriferu għal dan ir-Regolament implimentattiv.

Artikolu 97 Pubblikazzjoni u dħul fis-seħħ

Artikolu 97

Pubblikazzjoni u dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2018 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009R0987
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.