|
+Artikolu 4 2. |
Artikolu 4 2.Proġett ta’ interess reċiproku għandu jissodisfa l-kriterji ġenerali li ġejjin:
(a)
il-proġett jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 1(1), u dawk tal-pajjiż terz, b’mod partikolari billi ma jxekkilx il-kapaċità tal-pajjiż terz milli jelimina gradwalment l-assi li jiġġeneraw il-karburant fossili għall-konsum domestiku tiegħu, u għas-sostenibbiltà, inkluż permezz tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grilja u permezz tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lejn ċentri ta’ konsum u siti ta’ ħżin ewlenin;
(b)
il-benefiċċji globali potenzjali tal-proġett fil-livell tal-Unjoni, ivvalutati f’konformità mal-kriterji speċifiċi rispettivi fil-paragrafu 3, jisbqu l-kostijiet tiegħu fi ħdan l-Unjoni, inkluż fit-tul;
(c)
il-proġett ikun jinsab fit-territorju ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed u fit-territorju ta’ mill-inqas pajjiż terz wieħed u jkollu impatt transfruntier sinifikanti kif stabbilit fil-punt (2) tal-Anness IV;
(d)
għall-parti li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, il-proġett ikun konformi mad-Direttivi 2009/73/KE u (UE) 2019/944 meta jkun jaqa’ taħt il-kategoriji tal-infrastruttura stabbiliti fil-punti (1) u (3) tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;
(e)
hemm livell għoli ta’ konverġenza tal-qafas ta’ politika tal-pajjiż jew pajjiżi terzi involuti u huma murija mekkaniżmi ta’ infurzar legali li jappoġġaw l-objettivi tal-politika tal-Unjoni, b’mod partikolari biex jiżguraw:
(i)
suq intern tal-enerġija li jiffunzjona tajjeb;
(ii)
is-sigurtà tal-provvisti, fuq il-bażi, inter alia, ta’ sorsi diversi, tal-kooperazzjoni u tas-solidarjetà;
(iii)
sistema tal-enerġija, inkluż il-produzzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni, li timxi lejn l-objettiv tan-newtralità klimatika, f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi u mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tagħha tan-newtralità klimatika sal-2050, b’mod partikolari, l-evitar tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;
(f)
il-pajjiż jew il-pajjiżi terzi involuti isostnu l-istatus ta’ prijorità tal-proġett, kif stipulat fl-Artikolu 7, u jimpenjaw ruħhom li jikkonformaw ma’ skeda ta’ żmien simili għall-implimentazzjoni aċċellerata u għal miżuri oħra ta’ appoġġ ta’ politika u regolatorju kif japplika għal proġetti ta’ interess komuni fl-Unjoni. Fir-rigward ta’ proġetti għall-ħżin tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (5)(c) tal-Anness II, il-proġett għandu jkun meħtieġ biex jippermetti t-trasport u l-ħżin transfruntiera tad-diossidu tal-karbonju u l-pajjiż terz fejn ikun jinsab il-proġett għandu jkollu qafas legali adegwat ibbażat fuq mekkaniżmi ta’ infurzar effettivi murija biex jiġi żgurat li standards u salvagwardji japplikaw għall-proġett, u hekk tiġi prevenuta kwalunkwe tnixxija tad-dijossidu tal-karbonju, u li jikkonċernaw il-klima, is-saħħa tal-bniedem u l-ekosistemi fir-rigward tas-sikurezza u l-effettività tal-ħżin permanenti tad-diossidu tal-karbonju, li huma mill-inqas fl-istess livell bħal dawk previsti mil-liġi tal-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|