+Artikolu 7 Status ta’ prijorità tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni
---+Artikolu 7 1.
---+Artikolu 7 2.
---+Artikolu 7 3.
---+Artikolu 7 4.
---+Artikolu 7 5.
---+Artikolu 7 6.
---+Artikolu 7 7.
---+Artikolu 7 8.

Artikolu 7 Status ta’ prijorità tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1.
L-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni għandha tistabbilixxi, għall-finijiet ta’ kwalunkwe deċiżjoni maħruġa fil-proċess għall-għoti ta’ permessi, il-ħtieġa tal-proġetti fil-lista tal-Unjoni minn perspettiva tal-politika dwar l-enerġija u tal-klima, mingħajr preġudizzju għall-post, għar-rotta jew għat-teknoloġija preċiżi tal-proġett.

Dan il-paragrafu ma japplikax għal proġetti li jikkompetu jew għal proġetti li ma laħqux grad suffiċjenti ta’ maturità biex jipprovdu analiżi kost-benefiċċji speċifika għall-proġett kif imsemmi fit-Taqsima 2, il-punt (1)(d), tal-Anness III.

Artikolu 7 2.
Bl-għan li jiġi żgurat l-ipproċessar amministrattiv effiċjenti tal-fajls tal-applikazzjonijiet relatati mal-proġetti fil-lista tal-Unjoni, il-promoturi tal-proġetti u l-awtoritajiet ikkonċernati kollha għandhom jiżguraw li dawk il-fajls jiġu ttrattati bl-aktar mod rapidu possibbli f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali.
Artikolu 7 3.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligi previsti fid-dritt tal-Unjoni, il-proġetti fil-lista tal-Unjoni għandhom jingħataw l-istatus tal-ogħla sinifikat nazzjonali possibbli, fejn status bħal dan jeżisti fid-dritt nazzjonali, u jiġu ttrattati kif xieraq fil-proċessi għall-għoti ta’ permessi u, jekk ikun previst fid-dritt nazzjonali, fl-ippjanar spazjali, inklużi dawk il-proċessi relatati ma’ valutazzjonijiet ambjentali, bil-mod li dan it-trattament ikun previst fid-dritt nazzjonali applikabbli għat-tip ta’ infrastruttura tal-enerġija korrispondenti.
Artikolu 7 4.
Il-proċeduri kollha għas-soluzzjoni tat-tilwim, il-litigazzjoni, l-appelli u r-rimedji ġudizzjarji kollha relatati ma’ proġetti fil-lista tal-Unjoni quddiem kwalunkwe qorti, tribunal jew bord nazzjonali, inklużi l-medjazzjoni jew l-arbitraġġ, meta dawn ikunu jeżistu fid-dritt nazzjonali, għandhom jiġu ttrattati bħala urġenti, jekk u sakemm id-dritt nazzjonali jipprevedi tali proċeduri ta’ urġenza.
Artikolu 7 5.
L-Istati Membri għandhom jivvalutaw, filwaqt li jqisu kif xieraq il-gwida eżistenti maħruġa mill-Kummissjoni dwar is-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta’ valutazzjoni ambjentali għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni, liema miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi huma meħtieġa sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri għall-valutazzjoni ambjentali u sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti tagħhom u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bir-riżultat ta’ dik il-valutazzjoni.
Artikolu 7 6.
Sal-24 ta’ Marzu 2023, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri mhux leġislattivi li jkunu identifikaw skont il-paragrafu 5.
Artikolu 7 7.
Sal-24 ta’ Ġunju 2023, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri leġislattivi li jkunu identifikaw skont il-paragrafu 5. Dawk il-miżuri leġiżlattivi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi previsti fid-dritt tal-Unjoni.
Artikolu 7 8.
►M3  Fir-rigward tal-impatti ambjentali indirizzati fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE, l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60/KE u l-Artikolu 4(14) u (15) u l-Artikolu 5(11) u (12) tar-Regolament (UE) 2024/1991 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), dment li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha stipulati f’dawk id-Direttivi u dak ir-Regolament, il-proġetti fil-lista tal-Unjoni għandhom jitqiesu li huma ta’ interess pubbliku minn perspettiva ta’ politika dwar l-enerġija, u jistgħu jitqiesu li għandhom interess pubbliku prevalenti. ◄

Meta l-opinjoni tal-Kummissjoni tkun meħtieġa f’konformità mad-Direttiva 92/43/KEE, il-Kummissjoni u l-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni fir-rigward tal-interess pubbliku prevalenti ta’ proġett tittieħed fi ħdan il-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2) ta’ dan ir-Regolament.

Dan il-paragrafu ma japplikax għall-proġetti li jikkompetu jew għall-proġetti li ma laħqux grad suffiċjenti ta’ maturità biex jipprovdu analiżi kost-benefiċċji speċifika għall-proġett kif imsemmi fit-Taqsima 2, il-punt (1)(d), tal-Anness III.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.