+Artikoli 8 Organizzazzjoni tal-proċess għall-għoti ta’ permessi
---+Artikoli 8 1.
---+Artikoli 8 2.
---+Artikoli 8 3.
---+Artikoli 8 4.
---+Artikoli 8 5.
---+Artikoli 8 6.

Artikoli 8 Organizzazzjoni tal-proċess għall-għoti ta’ permessi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikoli 8 1.
Sat-23 ta’ Ġunju 2022, kull Stat Membru għandu jaġġorna, meta jkun meħtieġ, il-ħatra ta’ awtorità nazzjonali kompetenti waħda li għandha tkun responsabbli għall-iffaċilitar u għall-koordinazzjoni tal-proċess għall-għoti ta’ permessi għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni.
Artikoli 8 2.

Ir-responsabbiltajiet tal-awtorità nazzjonali kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 jew il-kompiti relatati magħha jistgħu jiġu ddelegati lil awtorità oħra, jew imwettqa minn din, għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni jew għal kull kategorija partikolari ta’ proġetti fil-lista tal-Unjoni, dment li:

(a) 

l-awtorità nazzjonali kompetenti tinnotifika lill-Kummissjoni b’dik id-delega u l-informazzjoni fiha tiġi ppubblikata jew mill-awtorità nazzjonali kompetenti jew mill-promotur tal-proġett fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 9(7);

(b) 

awtorità waħda biss tkun responsabbli għal kull proġett fil-lista tal-Unjoni, u tkun l-uniku punt ta’ kuntatt għall-promotur tal-proġett fil-proċess li jwassal għad-deċiżjoni komprensiva għal proġett partikolari fil-lista tal-Unjoni, u tikkoordina s-sottomissjoni tad-dokumenti u tal-informazzjoni rilevanti kollha.

L-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ żżomm ir-responsabbiltà li tistabbilixxi l-limiti taż-żmien, mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2).

Artikoli 8 3.

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti rilevanti skont id-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali u, sal-punt li ma jikkontradixxihomx, dak nazzjonali, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiffaċilita l-ħruġ tad-deċiżjoni komprensiva. Id-deċiżjoni komprensiva għandha tinħareġ fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2) u f’konformità ma’ waħda mill-iskemi li ġejjin:

(a) 

skema integrata:

id-deċiżjoni komprensiva għandha tinħareġ mill-awtorità nazzjonali kompetenti u għandha tkun l-unika deċiżjoni legalment vinkolanti li tirriżulta mill-proċedura statutorja għall-għoti ta’ permessi. Meta awtoritajiet oħra jkunu kkonċernati mill-proġett, huma jistgħu, f’konformitá mad-dritt nazzjonali, jagħtu l-opinjoni tagħhom bħala input għall-proċedura, li għandha titqies mill-awtorità nazzjonali kompetenti;

(b) 

skema koordinata:

id-deċiżjoni komprensiva tinkludi diversi deċiżjonijiet individwali legalment vinkolanti maħruġa minn diversi awtoritajiet ikkonċernati, li għandhom jiġu kkoordinati mill-awtorità nazzjonali kompetenti. L-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tistabbilixxi grupp ta’ ħidma li fih l-awtoritajiet ikkonċernati kollha jkunu rrappreżentati sabiex titfassal skeda għall-proċess għall-għoti ta’ permessi f’konformità mal-Artikolu 10(6), il-punt (b), u sabiex tiġi mmonitorjata u kkoordinata l-implimentazzjoni tagħha. L-awtorità nazzjonali kompetenti, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, għandha, fejn applikabbli f’konformità mad-dritt nazzjonali, u mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2), tistabbilixxi fuq bażi ta’ kull każ għalih limitu taż-żmien raġonevoli li fih għandhom jinħarġu d-deċiżjonijiet individwali. L-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tieħu deċiżjoni individwali f’isem awtorità nazzjonali oħra kkonċernata, fejn id-deċiżjoni minn dik l-awtorità ma tingħatax fi żmien il-limitu taż-żmien u fejn id-dewmien ma jistax jiġi ġġustifikat b’mod adegwat; jew, fejn previst taħt id-dritt nazzjonali, u sal-punt li dan ikun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tikkunsidra li awtorità nazzjonali kkonċernata oħra tkun tat l-approvazzjoni jew ir-rifjut tagħha għall-proġett meta d-deċiżjoni minn dik l-awtorità ma tingħatax fi ħdan il-limitu taż-żmien. Fejn ipprovdut skont il-liġi nazzjonali, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tinjora deċiżjoni individwali ta’ awtorità nazzjonali oħra kkonċernata jekk tqis li d-deċiżjoni mhijiex sostanzjata biżżejjed fir-rigward tal-evidenza bażi ppreżentata mill-awtorità nazzjonali kkonċernata; hija u tagħmel dan, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiżgura li r-rekwiżiti rilevanti taħt id-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali jiġu rispettati u għandha tipprovdi r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha;

(c) 

skema kollaborattiva:

id-deċiżjoni komprensiva għandha tiġi kkoordinata mill-awtorità nazzjonali kompetenti. L-awtorità nazzjonali kompetenti, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, għandha, fejn applikabbli f’konformità mad-dritt nazzjonali, u mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2), tistabbilixxi fuq bażi ta’ kull każ għalih limitu taż-żmien raġonevoli li fih għandhom jinħarġu d-deċiżjonijiet individwali. Għandha timmonitorja l-konformità mal-limiti taż-żmien mill-awtoritajiet ikkonċernati.

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iskemi b’mod li, skont il-liġi nazzjonali, jikkontribwixxi għall-ħruġ l-aktar effiċjenti u f’waqtu tad-deċiżjoni komprensiva.

Il-kompetenza tal-awtoritajiet ikkonċernati tista’ jew tiġi inkorporata fil-kompetenza tal-awtorità nazzjonali kompetenti maħtura f’konformità mal-paragrafu 1 jew inkella l-awtoritajiet ikkonċernati jistgħu jżommu, sa ċertu punt, il-kompetenza indipendenti tagħhom f’konformità mal-iskema rispettiva għall-għoti ta’ permessi magħżula mill-Istat Membru f’konformità ma’ dan il-paragrafu sabiex jiffaċilitaw il-ħruġ tad-deċiżjoni komprensiva u jikkooperaw mal-awtorità nazzjonali kompetenti kif xieraq.

Meta awtorità kkonċernata ma tkunx qed tistenna li tagħti deċiżjoni individwali fil-limitu taż-żmien stabbilit, dik l-awtorità għandha minnufih tinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti, u tipprovdi raġunijiet għad-dewmien. Sussegwentement, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tistabbilixxi limitu taż- żmien ieħor li fih għandha tinħareġ dik id-deċiżjoni individwali, f’konformità mal-limiti taż-żmien ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 10(1) u (2).

L-Istati Membri għandhom jagħżlu minn fost it-tliet skemi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu sabiex jiffaċilitaw u jikkoordinaw il-proċeduri tagħhom u għandhom jimplimentaw l-iskema li hi l-aktar effettiva għalihom fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet nazzjonali fil-proċessi tagħhom għall-ippjanar u għall-għoti ta’ permessi. Meta Stat Membru jagħżel l-iskema kollaborattiva, għandu jinforma lill-Kummissjoni bir-raġunijiet tiegħu.

Artikoli 8 4.
L-Istati Membri jistgħu japplikaw l-iskemi stabbiliti fil-paragrafu 3 għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni fuq l-art u lil hinn mill-kosta.
Artikoli 8 5.
Meta proġett fil-lista tal-Unjoni jkun jeħtieġ li d-deċiżjonijiet jittieħdu f’żewġ Stati Membri jew aktar, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa għal kooperazzjoni u komunikazzjoni effiċjenti u effettivi bejniethom, inklużi l-istadji msemmija fl-Artikolu 10(6). L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom sabiex jipprovdu proċeduri konġunti, b’mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatti ambjentali.
Artikoli 8 6.
L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti tal-Istati Membri involuti fi proġett fil-lista tal-Unjoni li jappartjenu għal wieħed mill-kurituri prijoritarji tal-grilji lil hinn mill-kosta stabbiliti fit-Taqsima 2 tal-Anness I għandhom jaħtru flimkien bejniethom punt uniku ta’ kuntatt għall-promoturi ta’ proġetti għal kull proġett, li għandu jkun responsabbli biex jiffaċilita l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar il-proċess tal-għoti ta’ permessi tal-proġett bil-għan li jiġi ffaċilitat dak il-proċess kif ukoll l-ħruġ tad-deċiżjonijiet bi proġett mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti. Il-punti uniċi ta’ kuntatt jistgħu jaġixxu bħala repożitorju li jaggrega d-dokumenti eżistenti li jappartjenu lill-proġetti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.