+Artikolu 9 Trasparenza u parteċipazzjoni pubblika
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 9 6.
---+Artikolu 9 7.

Artikolu 9 Trasparenza u parteċipazzjoni pubblika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 9 1.
Sal-24 ta’ Ottubru 2023, l-Istat Membru jew l-awtorità nazzjonali kompetenti għandhom, fejn applikabbli, f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet ikkonċernati oħra, jippubblikaw manwal aġġornat tal-proċeduri għall-proċess għall-għoti ta’ permessi applikabbli għall-proġetti fil-lista tal-Unjoni li għandu jinkludi tal-inqas l-informazzjoni speċifikata fil-punt (1) tal-Anness VI. Il-manwal ma għandux ikun legalment vinkolanti, iżda għandu jirreferi għal dispożizzjonijiet legali rilevanti jew jikkwotahom. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom, fejn rilevanti, jikkooperaw u jsibu sinerġiji mal-awtoritajiet tal-pajjiżi ġirien bil-ħsieb li jiskambjaw il-prattiki tajba u jiffaċilitaw il-proċess għall-għoti ta’ permessi, b’mod partikolari għall-iżvilupp tal-manwal tal-proċeduri.
Artikolu 9 2.
Mingħajr preġudizzju għal-liġi ambjentali u għal kwalunkwe rekwiżit taħt il-Konvenzjoni ta’ Aarhus, il-Konvenzjoni ta’ Espoo u d-dritt rilevanti tal-Unjoni, il-partijiet kollha involuti fil-proċess għall-għoti ta’ permessi għandhom isegwu l-prinċipji għall-parteċipazzjoni pubblika stabbiliti fil-punt (3) tal-Anness VI.
Artikolu 9 3.
Il-promotur ta’ proġett, fi żmien perjodu indikattiv ta’ tliet xhur wara l-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permess skont l-Artikolu 10(3), għandu jfassal u jissottometti kunċett għall-parteċipazzjoni pubblika lill-awtorità nazzjonali kompetenti, filwaqt li jsegwi l-proċess deskritt fil-manwal imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u f’konformità mal-linji gwida stabbiliti fl-Anness VI. L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha titlob modifiki jew tapprova l-kunċett tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi l-kunċett, filwaqt li tqis kwalunkwe forma ta’ parteċipazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku li seħħew qabel il-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi, sakemm tali parteċipazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

Meta l-promotur ta’ proġett ikollu l-intenzjoni li jagħmel tibdiliet sinifikanti f’kunċett approvat għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku, huwa għandu jinforma lill-awtorità nazzjonali kompetenti b’dan. F’dak il-każ l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ titlob modifiki.

Artikolu 9 4.
Meta dan ma jkunx diġà meħtieġ skont id-dritt nazzjonali bl-istess standards jew bi standards ogħla, il-promotur tal-proġett jew, fejn meħtieġ mid-dritt nazzjonali, l-awtorità nazzjonali kompetenti, għandhom iwettqu tal-inqas konsultazzjoni pubblika waħda, qabel is-sottomissjoni tal-fajl tal-applikazzjoni finali u komplut mill-promotur tal-proġett lill-awtorità nazzjonali kompetenti skont l-Artikolu 10(7). Dik il-konsultazzjoni pubblika għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe konsultazzjoni pubblika li għandha ssir wara s-sottomissjoni tat-talba għall-kunsens għall-iżvilupp skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2011/92/UE. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tinforma lill-partijiet ikkonċernati msemmija fil-punt 3(a) tal-Anness VI dwar il-proġett fi stadju bikri u għandha tgħin sabiex jiġu identifikati l-aktar post, trajettorja jew teknoloġija xierqa, inkluż, fejn rilevanti, fid-dawl ta’ kunsiderazzjonijiet adegwati għall-proġett relatati mal-adattament għat-tibdil fil-klima, l-impatti kollha rilevanti skont id-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, u l-kwistjonijiet rilevanti li għandhom jiġu indirizzati fil-fajl tal-applikazzjoni. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tkun konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-punt (5) tal-Anness VI. Mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali u ta’ trasparenza fl-Istati Membri, il-promotur ta’ proġett għandu jippubblika fuq is-sit web imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu rapport li jispjega kif l-opinjonijiet espressi fil-konsultazzjonijiet pubbliċi ġew ikkunsidrati billi juri l-emendi li jkunu saru fil-post, fit-trajettorja u fid-disinn tal-proġett jew billi tipprovdi raġunijiet għaliex dawn l-opinjonijiet ma ġewx ikkunsidrati.

Il-promotur ta’ proġett għandu jħejji rapport li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-attivitajiet relatati mal-parteċipazzjoni pubblika qabel is-sottomissjoni tal-fajl tal-applikazzjoni, inklużi dawk l-attivitajiet li jkunu seħħew qabel il-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi.

Il-promotur ta’ proġett għandu jissottometti r-rapporti msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi flimkien mal-fajl tal-applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti. Id-deċiżjoni komprensiva għandha tqis kif xieraq ir-riżultati ta’ dawn ir-rapporti.

Artikolu 9 5.
Għal proġetti transfruntiera li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar, il-konsultazzjonijiet pubbliċi mwettqa skont il-paragrafu 4 f’kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati għandhom isiru fi żmien perjodu ta’ mhux aktar minn xahrejn mid-data li fiha tkun bdiet l-ewwel konsultazzjoni pubblika.
Artikolu 9 6.
Għal proġetti li x’aktarx ikollhom impatt transfruntiera sinifikanti fi Stat Membru wieħed jew aktar tal-viċinat, li għalihom huma applikabbli l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE u l-Konvenzjoni ta’ Espoo, l-informazzjoni rilevanti għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri ġirien ikkonċernati. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri ġirien ikkonċernati għandha tindika, fil-proċess ta’ notifika fejn xieraq, jekk huma, jew kwalunkwe awtorità kkonċernata oħra, jixtiqux jipparteċipaw fil-proċeduri ta’ konsultazzjoni pubblika rilevanti.
Artikolu 9 7.
Il-promotur ta’ proġett għandu jistabbilixxi u jaġġorna b’mod regolari sit web iddedikat għall-proġett b’informazzjoni rilevanti dwar il-proġett ta’ interess komuni, li għandu jkun illinkjat mas-sit web tal-Kummissjoni u mal-pjattaforma ta’ trasparenza msemmija fl-Artikolu 23 u li għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fil-punt (6) tal-Anness VI. Informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandha tinżamm kunfidenzjali.

Il-promoturi tal-proġetti għandhom jippubblikaw ukoll informazzjoni rilevanti b’mezzi oħra ta’ informazzjoni xierqa aċċessibbli għall-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.