+Artikolu 9 4.
|
Artikolu 9 4.
Meta dan ma jkunx diġà meħtieġ skont id-dritt nazzjonali bl-istess standards jew bi standards ogħla, il-promotur tal-proġett jew, fejn meħtieġ mid-dritt nazzjonali, l-awtorità nazzjonali kompetenti, għandhom iwettqu tal-inqas konsultazzjoni pubblika waħda, qabel is-sottomissjoni tal-fajl tal-applikazzjoni finali u komplut mill-promotur tal-proġett lill-awtorità nazzjonali kompetenti skont l-Artikolu 10(7). Dik il-konsultazzjoni pubblika għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe konsultazzjoni pubblika li għandha ssir wara s-sottomissjoni tat-talba għall-kunsens għall-iżvilupp skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2011/92/UE. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tinforma lill-partijiet ikkonċernati msemmija fil-punt 3(a) tal-Anness VI dwar il-proġett fi stadju bikri u għandha tgħin sabiex jiġu identifikati l-aktar post, trajettorja jew teknoloġija xierqa, inkluż, fejn rilevanti, fid-dawl ta’ kunsiderazzjonijiet adegwati għall-proġett relatati mal-adattament għat-tibdil fil-klima, l-impatti kollha rilevanti skont id-dritt tal-Unjoni u dak nazzjonali, u l-kwistjonijiet rilevanti li għandhom jiġu indirizzati fil-fajl tal-applikazzjoni. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tkun konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-punt (5) tal-Anness VI. Mingħajr preġudizzju għar-regoli proċedurali u ta’ trasparenza fl-Istati Membri, il-promotur ta’ proġett għandu jippubblika fuq is-sit web imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu rapport li jispjega kif l-opinjonijiet espressi fil-konsultazzjonijiet pubbliċi ġew ikkunsidrati billi juri l-emendi li jkunu saru fil-post, fit-trajettorja u fid-disinn tal-proġett jew billi tipprovdi raġunijiet għaliex dawn l-opinjonijiet ma ġewx ikkunsidrati. Il-promotur ta’ proġett għandu jħejji rapport li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-attivitajiet relatati mal-parteċipazzjoni pubblika qabel is-sottomissjoni tal-fajl tal-applikazzjoni, inklużi dawk l-attivitajiet li jkunu seħħew qabel il-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi. Il-promotur ta’ proġett għandu jissottometti r-rapporti msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi flimkien mal-fajl tal-applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti. Id-deċiżjoni komprensiva għandha tqis kif xieraq ir-riżultati ta’ dawn ir-rapporti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|