+Artikolu 10 3.

Artikolu 10 3.

Bl-għan li jiġi stabbilit il-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi, il-promoturi tal-proġett għandhom jinnotifikaw il-proġett lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ kull Stat Membru kkonċernat bil-miktub u għandhom jinkludu deskrizzjoni raġonevolment dettaljata tal-proġett.

Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tirrikonoxxi jew, jekk tqis li l-proġett ma jkunx matur biżżejjed sabiex jidħol fil-proċess għall-għoti ta’ permessi, tirrifjuta n-notifika, bil-miktub, inkluż f’isem awtoritajiet ikkonċernati oħra. Fil-każ ta’ rifjut, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tipprovdi raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha, inkluż f’isem awtoritajiet ikkonċernati oħra. Id-data tal-firma tal-konferma tan-notifika mill-awtorità nazzjonali kompetenti għandha timmarka l-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi. Fejn ikunu kkonċernati żewġ Stati Membri jew aktar, id-data tal-aċċettazzjoni tal-aħħar notifika mill-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata għandha timmarka l-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi.

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li l-proċess għall-għoti ta’ permessi jiġi aċċellerat f’konformità ma’ dan il-Kapitolu għal kull kategorija ta’ proġetti ta’ interess komuni. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jadattaw ir-rekwiżiti tagħhom għall-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi u għall-aċċettazzjoni tal-fajl tal-applikazzjoni sottomess, sabiex jagħmluhom idonei għal proġetti li minħabba n-natura tagħhom, id-dimensjoni tagħhom jew in-nuqqas ta’ rekwiżit ta’ valutazzjoni ambjentali taħt id-dritt nazzjonali, jistgħu jkunu jeħtieġu anqas awtorizzazzjonijiet u approvazzjonijiet sabiex jilħqu l-fażi lesti għall-bini. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 6 ta’ dan l-Artikolu mhijiex meħtieġa għall-proġetti msemmija f’dan is-subparagrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.