+Artikolu 10 Durata u implimentazzjoni tal-proċess għall-għoti ta’ permessi
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.
---+Artikolu 10 8.
---+Artikolu 10 9.
|
Artikolu 10 Durata u implimentazzjoni tal-proċess għall-għoti ta’ permessi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 10 1.
|
Il-proċess għall-għoti ta’ permessi għandu jikkonsisti f’żewġ proċeduri:
(a)
il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni, li tkopri l-perjodu bejn il-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi u l-aċċettazzjoni min-naħa tal-awtorità nazzjonali kompetenti tal-fajl tal-applikazzjoni sottomess, li għandha sseħħ fi żmien perjodu indikattiv ta’ 24 xahar; and
(b)
il-proċedura statutorja għall-għoti ta’ permessi, li tkopri l-perjodu mid-data tal-aċċettazzjoni tal-fajl tal-applikazzjoni sottomess sat-teħid tad-deċiżjoni komprensiva, ma għandhiex taqbeż it-18-il xahar.
Fir-rigward tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, fejn xieraq, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu proċedura statutorja għall-għoti ta’ permessi li tkun iqsar minn 18-il xahar.
|
|
Artikolu 10 2.
|
L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiżgura li d-durata kombinata taż-żewġ proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ma taqbiżx perjodu ta’ 42 xahar. Madankollu, meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tqis li waħda mill-proċeduri jew it-tnejn li huma ma jkunux se jitlestew fi żmien il-limiti taż-żmien stabbiliti fil-paragrafu 1, hija tista’ testendi wieħed minn dawk il-limiti taż-żmien jew it-tnejn li huma, qabel l-iskadenza tagħhom u fuq bażi ta’ kull każ għalih. L-awtorità nazzjonali kompetenti ma għandhiex testendi d-durata kkombinata taż-żewġ proċeduri għal aktar minn disa’ xhur ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali. Meta l-awtorità nazzjonali kompetenti testendi l-limiti taż-żmien, hija għandha tinforma lill-Grupp ikkonċernat u tippreżentalu l-miżuri meħuda jew li għandhom jittieħdu għall-konklużjoni tal-proċess għall-għoti ta’ permessi bl-anqas dewmien possibbli. Il-Grupp jista’ jitlob li l-awtorità nazzjonali kompetenti tirrapporta regolarment dwar il-progress miksub f’dak ir-rigward u r-raġunijiet għal kwalunkwe dewmien.
|
|
Artikolu 10 3.
|
Bl-għan li jiġi stabbilit il-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi, il-promoturi tal-proġett għandhom jinnotifikaw il-proġett lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta’ kull Stat Membru kkonċernat bil-miktub u għandhom jinkludu deskrizzjoni raġonevolment dettaljata tal-proġett. Fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi n-notifika, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tirrikonoxxi jew, jekk tqis li l-proġett ma jkunx matur biżżejjed sabiex jidħol fil-proċess għall-għoti ta’ permessi, tirrifjuta n-notifika, bil-miktub, inkluż f’isem awtoritajiet ikkonċernati oħra. Fil-każ ta’ rifjut, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tipprovdi raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha, inkluż f’isem awtoritajiet ikkonċernati oħra. Id-data tal-firma tal-konferma tan-notifika mill-awtorità nazzjonali kompetenti għandha timmarka l-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi. Fejn ikunu kkonċernati żewġ Stati Membri jew aktar, id-data tal-aċċettazzjoni tal-aħħar notifika mill-awtorità nazzjonali kompetenti kkonċernata għandha timmarka l-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li l-proċess għall-għoti ta’ permessi jiġi aċċellerat f’konformità ma’ dan il-Kapitolu għal kull kategorija ta’ proġetti ta’ interess komuni. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jadattaw ir-rekwiżiti tagħhom għall-bidu tal-proċess għall-għoti ta’ permessi u għall-aċċettazzjoni tal-fajl tal-applikazzjoni sottomess, sabiex jagħmluhom idonei għal proġetti li minħabba n-natura tagħhom, id-dimensjoni tagħhom jew in-nuqqas ta’ rekwiżit ta’ valutazzjoni ambjentali taħt id-dritt nazzjonali, jistgħu jkunu jeħtieġu anqas awtorizzazzjonijiet u approvazzjonijiet sabiex jilħqu l-fażi lesti għall-bini. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 6 ta’ dan l-Artikolu mhijiex meħtieġa għall-proġetti msemmija f’dan is-subparagrafu.
|
|
Artikolu 10 4.
|
Kwalunkwe studju validu mwettaq u permessi jew awtorizzazzjonijiet maħruġa għal proġett partikolari fil-lista tal-Unjoni qabel id-dħul fil-proċess għall-għoti ta’ permessi skont dan l-Artikolu, għandhom jitqiesu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fil-proċess għall-għoti ta’ permessi, u ma għandhomx ikunu meħtieġa studji u permessi jew awtorizzazzjonijiet duplikati.
|
|
Artikolu 10 5.
|
Fi Stati Membri fejn id-determinazzjoni ta’ rotta jew ta’ post imwettqa biss għall-fini speċifiku ta’ proġett pjanat, inkluż l-ippjanar ta’ kurituri speċifiċi għall-infrastrutturi tal-grilja, ma tkunx tista’ tiġi inkluża fil-proċess li jwassal għad-deċiżjoni komprensiva, id-deċiżjoni korrispondenti għandha tittieħed f’perjodu separat ta’ sitt xhur, li jibda fid-data tas-sottomissjoni mill-promotur tad-dokumenti tal-applikazzjoni finali u kompluti. Fiċ-ċirkostanzi deskritti fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-estensjoni msemmija fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu, għandha titnaqqas għal sitt xhur, ħlief f’każijiet eċċezzjonali, inkluż għall-proċedura msemmija f’dan il-paragrafu.
|
|
Artikolu 10 6.
|
Il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni għandha tkun magħmula mill-istadji li ġejjin:
(a)
Mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 6 xhur min-notifika skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tiddetermina, fuq il-bażi tal-lista ta’ kontroll imsemmija fil-punt (1)(e) tal-Anness VI, u f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, u fejn xieraq fuq il-bażi ta’ proposta mill-promotur tal-proġett, l-ambitu tar-rapporti u tad-dokumenti u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni li għandhom jiġu sottomessi mill-promotur tal-proġett, bħala parti mill-fajl tal-applikazzjoni, sabiex japplika għad-deċiżjoni komprensiva;
(b)
l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tfassal, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-promotur tal-proġett u ma’ awtoritajiet ikkonċernati oħra u b’kont meħud tar-riżultati tal-attivitajiet imwettqa skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, skeda dettaljata għall-proċess għall-għoti ta’ permessi skont il-linji gwida stabbiliti fil-punt (2) tal-Anness VI;
(c)
mal-wasla tal-abbozz tal-fajl tal-applikazzjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha, fejn meħtieġ, f’isimha stess jew f’isem awtoritajiet konċernati oħra, titlob lill-promotur ta’ proġett jissottometti l-informazzjoni nieqsa relatata mal-elementi mitluba msemmija fil-punt (a).
Il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni għandha tinkludi t-tħejjija ta’ kwalunkwe rapport ambjentali mill-promoturi tal-proġett, kif ikun meħtieġ, inkluża d-dokumentazzjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima. Fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-punt (c), l-awtorità kompetenti għandha taċċetta l-applikazzjoni bil-miktub għall-eżami jew fuq pjattaformi diġitali, u tibda l-proċedura statutorja għall-għoti ta’ permessi msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b). It-talbiet għal informazzjoni addizzjonali jistgħu jsiru, iżda biss meta jkunu ġġustifikati minn ċirkostanzi ġodda.
|
|
Artikolu 10 7.
|
Il-promotur ta’ proġett għandu jiżgura li l-fajl tal-applikazzjoni jkun komplut u adegwat u jfittex l-opinjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti dwar dik il-kwistjoni mill-aktar fis possibbli matul il-proċess għall-għoti ta’ permessi. Il-promotur ta’ proġett għandu jikkoopera bis-sħiħ mal-awtorità nazzjonali kompetenti sabiex ikun konformi mal-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan ir-regolament.
|
|
Artikolu 10 8.
|
L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li kwalunkwe emenda għal-liġi nazzjonali ma twassalx għal estensjoni ta’ kwalunkwe proċess għall-għoti ta’ permessi mibdi qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawk l-emendi. Bil-ħsieb li jinżamm proċess aċċellerat għall-għoti ta’ permessi għal proġetti fil-lista tal-Unjoni, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jadattaw b’mod adegwat l-iskeda stabbilita f’konformità mal-paragrafu 6, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu biex jiżguraw, sa fejn ikun possibbli, li l-limiti taż-żmien għall-proċess għall-għoti ta’ permessi stabbiliti f’dan l-Artikolu ma jinqabżux.
|
|
Artikolu 10 9.
|
Il-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan l-Artikolu għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mid-dritt internazzjonali u tal-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri amministrattivi ta’ appell u għar-rimedji ġudizzjarji quddiem qorti jew tribunal. Il-limiti taż-żmien stabbiliti f’dan l-Artikolu għal kwalunkwe waħda mill-proċeduri għall-għoti ta’ permessi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe limitu taż-żmien iqsar stabbilit mill-Istati Membri.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|