|
+Artikolu 11 2. |
Artikolu 11 2.Qabel ma jissottomettu l-abbozzi ta’ metodoloġiji rispettivi tagħhom lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija f’konformità mal-paragrafu 1, l-ENTSO tal-Elettriku u l-ENNOH għandhom jippubblikaw abbozzi preliminari tal-metodoloġiji u jwettqu proċess ta’ konsultazzjoni estensiv u jfittxu rakkomandazzjonijiet mill-Istati Membri u, mill-inqas, mill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluża l-entità Ewropea għall-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni stabbilita skont l-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/943 (l-“entità tal-UE għad-DSO”), l-assoċjazzjonijiet involuti fis-swieq tal-elettriku, tal-gass naturali u tal-idroġenu, il-partijiet ikkonċernati fl-oqsma tat-tisħin u t-tkessiħ, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju u l-qbid u l-użu tal-karbonju, l-aggregaturi indipendenti, l-operaturi tar-rispons tad-domanda, l-organizzazzjonijiet involuti fis-soluzzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi tal-enerġija, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u, fejn jitqies xieraq, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħra. Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni tal-abbozzi preliminari tal-metodoloġiji skont l-ewwel subparagrafu, kwalunkwe parti kkonċernata msemmija f’dak is-subparagrafu tista’ tissottometti rakkomandazzjoni. Il-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 401/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) jista’, fuq inizjattiva tiegħu stess, jippreżenta opinjoni dwar l-abbozzi tal-metodoloġiji. Fejn applikabbli, l-Istati Membri, u l-partijiet ikkonċernati msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jissottomettu u jagħmlu pubblikament disponibbli r-rakkomandazzjonijiet tagħhom, u l-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima għandu jissottometti u jagħmel pubblikament disponibbli l-opinjoni tiegħu lill-Aġenzija u, kif applikabbli, lill-ENTSO tal-Elettriku jew lill-ENNOH. Il-proċess ta’ konsultazzjoni għandu jkun miftuħ, f’waqtu u trasparenti. L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENNOH għandhom iħejju u jagħmlu pubblikament disponibbli rapport dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni. L-ENTSO tal-Elettriku u l-ENNOH għandhom jipprovdu raġunijiet, meta ma jkunux qiesu, jew ikunu qiesu biss parzjalment, ir-rakkomandazzjonijiet mill-Istati Membri jew mill-partijiet ikkonċernati, kif ukoll mill-awtoritajiet nazzjonali, jew l-opinjoni tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|