+Artikolu 13 Identifikazzjoni tan-Nuqqasijiet fl-Infrastruttura
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
---+Artikolu 13 6.

Artikolu 13 Identifikazzjoni tan-Nuqqasijiet fl-Infrastruttura

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 13 1.
Fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tar-rapport tax-xenarji konġunt skont l-Artikolu 12(6) u kull sentejn wara, l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass u l-ENNOH għandhom jippubblikaw ir-rapporti dwar in-nuqqasijiet fl-infrastruttura żviluppati fil-qafas tal-pjanijiet tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Unjoni kollha.

Meta jivvalutaw in-nuqqasijiet fl-infrastruttura, l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass u l-ENNOH għandhom jibbażaw l-analiżi tagħhom fuq ix-xenarji stabbiliti skont l-Artikolu 12, jimplimentaw il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u jikkunsidraw bi prijorità l-alternattivi rilevanti kollha għall-infrastruttura l-ġdida. Meta jiġu kkunsidrati soluzzjonijiet infrastrutturali ġodda, il-valutazzjoni tan-nuqqasijiet fl-infrastrutturi għandha tqis il-kostijiet rilevanti kollha, inkluż it-tisħiħ tan-network.

Huma għandhom, b’mod partikolari, jiffokaw fuq dawk in-nuqqasijiet fl-infrastruttura li potenzjalment jaffettwaw l-ilħuq tal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050.

Qabel ma jippubblikaw ir-rapporti rispettivi tagħhom l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass u l-ENNOH għandhom iwettqu proċess ta’ konsultazzjoni estensiv li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-entità tal-UE għad-DSO, l-assoċjazzjonijiet involuti fis-swieq tal-elettriku, tal-gass naturali u tal-idroġenu, il-partijiet ikkonċernati fl-oqsma tat-tisħin u t-tkessiħ, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju u l-qbid u l-użu tal-karbonju, l-aggregaturi indipendenti, l-operaturi tar-rispons tad-domanda, l-organizzazzjonijiet involuti fis-soluzzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi tal-enerġija, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-Aġenzija u r-rappreżentanti tal-Istati Membri kollha li jkunu parti mill-kurituri prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija rilevanti stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 13 2.
L-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass u l-ENNOH għandhom jissottomettu l-abbozzi rispettivi tagħhom tar-rapporti dwar in-nuqqasijiet fl-infrastruttura lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri għall-opinjoni tagħhom.
Artikolu 13 3.
Fi żmien tliet xhur mill-jum li fih tirċievi r-rapport dwar in-nuqqasijiet fl-infrastruttura flimkien mal-input riċevut fil-proċess ta’ konsultazzjoni u ma’ rapport dwar kif dan ġie kkunsidrat, l-Aġenzija għandha tissottometti l-opinjoni tagħha lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-ENTSO tal-Gass jew lill-ENNOH, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u tagħmilha pubblikament disponibbli.
Artikolu 13 4.
Fi żmien tliet xhur mill-jum li fih tirċievi l-opinjoni tal-Aġenzija msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni, filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Aġenzija u b’input mill-Istati Membri, għandha tfassal u tissottometti l-opinjoni tagħha lill-ENTSO tal-Elettriku, lill-ENTSO tal-Gass jew lill-ENNOH.
Artikolu 13 5.
L-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass u l-ENNOH għandhom jadattaw ir-rapporti tagħhom dwar in-nuqqasijiet fl-infrastruttura b’kunsiderazzjoni xierqa tal-opinjoni tal-Aġenzija u f’konformità mal-opinjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri u jagħmluhom pubblikament disponibbli.
Artikolu 13 6.
Sal-1 ta’ Jannar 2027, dan l-Artikolu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2024/1789.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.