|
+Artikolu 13 1. |
Artikolu 13 1.Fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tar-rapport tax-xenarji konġunt skont l-Artikolu 12(6) u kull sentejn wara, l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass u l-ENNOH għandhom jippubblikaw ir-rapporti dwar in-nuqqasijiet fl-infrastruttura żviluppati fil-qafas tal-pjanijiet tal-iżvilupp tan-network ta’ għaxar snin għall-Unjoni kollha. Meta jivvalutaw in-nuqqasijiet fl-infrastruttura, l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass u l-ENNOH għandhom jibbażaw l-analiżi tagħhom fuq ix-xenarji stabbiliti skont l-Artikolu 12, jimplimentaw il-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u jikkunsidraw bi prijorità l-alternattivi rilevanti kollha għall-infrastruttura l-ġdida. Meta jiġu kkunsidrati soluzzjonijiet infrastrutturali ġodda, il-valutazzjoni tan-nuqqasijiet fl-infrastrutturi għandha tqis il-kostijiet rilevanti kollha, inkluż it-tisħiħ tan-network. Huma għandhom, b’mod partikolari, jiffokaw fuq dawk in-nuqqasijiet fl-infrastruttura li potenzjalment jaffettwaw l-ilħuq tal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050. Qabel ma jippubblikaw ir-rapporti rispettivi tagħhom l-ENTSO tal-Elettriku, l-ENTSO tal-Gass u l-ENNOH għandhom iwettqu proċess ta’ konsultazzjoni estensiv li jinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-entità tal-UE għad-DSO, l-assoċjazzjonijiet involuti fis-swieq tal-elettriku, tal-gass naturali u tal-idroġenu, il-partijiet ikkonċernati fl-oqsma tat-tisħin u t-tkessiħ, il-qbid u l-ħżin tal-karbonju u l-qbid u l-użu tal-karbonju, l-aggregaturi indipendenti, l-operaturi tar-rispons tad-domanda, l-organizzazzjonijiet involuti fis-soluzzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi tal-enerġija, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, l-Aġenzija u r-rappreżentanti tal-Istati Membri kollha li jkunu parti mill-kurituri prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija rilevanti stabbiliti fl-Anness I. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|