|
+Artikolu 16 5. |
Artikolu 16 5.Fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tasal talba għal investiment mill-aħħar waħda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, dawk l-awtoritajiet għandhom, wara li jikkonsultaw lill-promoturi tal-proġett ikkonċernati, jieħdu deċiżjonijiet konġunti koordinati dwar l-allokazzjoni tal-kostijiet ta’ investiment imġarrba b’mod effiċjenti li għandhom jinġarru minn kull operatur tas-sistema għall-proġett, kif ukoll l-inklużjoni tagħhom fit-tariffi, jew dwar ir-rifjut tat-talba għall-investiment, b’mod sħiħ jew parzjali, jekk l-analiżi komuni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tikkonkludi li l-proġett jew parti minnu jonqos milli jipprovdi benefiċċju nett sinifikanti fi kwalunkwe wieħed mill-Istati Membri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinkludu l-kostijiet rilevanti tal-investiment li jiġġarrbu b’mod effiċjenti fit-tariffi, kif iddefinit fir-rakkomandazzjoni msemmija fil-paragrafu 11, f’konformità mal-allokazzjoni tal-kostijiet ta’ investiment li għandhom jiġġarrbu minn kull operatur tas-sistema għall-proġett. Għall-proġetti fit-territorji tal-Istat Membru rispettiv tagħhom, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, wara dak, għandhom jivvalutaw, meta jkun xieraq, jekk jistgħux jinqalgħu kwistjonijiet ta’ affordabbiltà minħabba l-inklużjoni tal-kostijiet tal-investiment fit-tariffi. Meta jallokaw il-kostijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu dawn li ġejjin, bħala effettivi jew stmati:
(a)
il-kirjiet ta’ konġestjoni jew imposti oħra;
(b)
dħul miksub mill-mekkaniżmu ta’ kumpens lil operaturi ta’ sistemi ta’ intertrażmissjoni stabbilit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2019/943. L-allokazzjoni tal-kostijiet b’mod transfruntier għandha tqis il-kostijiet u l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-proġetti fl-Istati Membri kkonċernati u l-ħtieġa li jiġi żgurat qafas ta’ finanzjament stabbli għall-iżvilupp ta’ proġetti ta’ interess komuni filwaqt li tiġi mminimizzata l-ħtieġa għal appoġġ finanzjarju. Meta jallokaw il-kostijiet b’mod transfruntier, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, wara konsultazzjoni mat-TSOs ikkonċernati, għandhom ifittxu ftehim reċiproku bbażat fuq l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu, punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu, iżda mhux limitat għaliha. Il-valutazzjoni tagħhom għandha tqis ix-xenarji rilevanti kollha msemmija fl-Artikolu 12 u xenarji oħra għall-ippjanar tal-iżvilupp tan-network, filwaqt li dan jippermetti analiżi robusta tal-kontribut tal-proġett ta’ interess komuni għall-politika tal-enerġija tal-Unjoni ta’ dekarbonizzazzjoni, ta’ integrazzjoni tas-suq, ta’ kompetizzjoni, ta’ sostenibbiltà u ta’ sigurtà tal-provvista. Meta jintużaw xenarji addizzjonali, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 u jkunu soġġetti għall-istess livell ta’ konsultazzjoni u skrutinju bħall-proċess previst fl-Artikolu 12. Meta proġett ta’ interess komuni jtaffi l-esternalitajiet negattivi, bħal flussi ċirkolari, u dak il-proġett ta’ interess komuni jiġi implimentat fl-Istat Membru fl-oriġini tal-esternalità negattiva, tali mitigazzjoni ma għandhiex titqies bħala benefiċċju transfruntier u, għalhekk, ma għandhiex tikkostitwixxi bażi għall-allokazzjoni tal-kostijiet lit-TSO tal-Istati Membri affettwati minn dawk l-esternalitajiet negattivi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|