+Artikolu 16 7.

Artikolu 16 7.

Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti ma jkunux laħqu ftehim dwar it-talba ta’ investiment fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun waslet it-talba mill-aħħar waħda mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, huma għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija mingħajr dewmien.

F’dak il-każ jew fuq talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, id-deċiżjoni dwar it-talba għall-investiment, inkluża l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet imsemmija fil-paragrafu 5, għandha tittieħed mill-Aġenzija fi żmien tliet xhur mid-data ta’ riferiment lill-Aġenzija.

Qabel ma tieħu deċiżjoni bħal din, l-Aġenzija għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti u lill-promoturi tal-proġetti. Il-perjodu ta’ tliet xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu jista’ jiġi estiż b’perjodu addizzjonali ta’ xahrejn meta tintalab aktar informazzjoni mill-Aġenzija. Dak il-perjodu addizzjonali għandu jibda fil-jum ta’ wara l-wasla tal-informazzjoni kompluta.

Il-valutazzjoni tal-Aġenzija għandha tqis ix-xenarji rilevanti kollha stabbiliti skont l-Artikolu 12 u xenarji oħra għall-ippjanar għall-iżvilupp tan-network, biex b’hekk tkun tista’ ssir analiżi robusta tal-kontribut tal-proġett ta’ interess komuni għall-miri tal-Unjoni tal-politika tal-enerġija tad-dekarbonizzazzjoni, l-integrazzjoni tas-suq, il-kompetizzjoni, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista. Meta jintużaw xenarji addizzjonali, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tagħha għall-2050 u jkunu soġġetti għall-istess livell ta’ konsultazzjoni u skrutinju bħall-proċess previst fl-Artikolu 12.

L-Aġenzija, fid-deċiżjoni tagħha dwar it-talba għall-investiment, inkluża l-allokazzjoni tal-kostijiet transfruntiera, għandha tħalli d-determinazzjoni tal-mod kif il-kostijiet ta’ investiment jiġu inklużi fit-tariffi f’konformità mal-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet prevista, lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti fil-mument tal-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni f’konformità mad-dritt nazzjonali.

Id-deċiżjoni dwar it-talba għall-investiment li tinkludi l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet għandha tiġi ppubblikata. L-Artikolu 25(3) u l-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) 2019/942 għandhom japplikaw.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.