+Artikolu 17 Inċentivi regolatorji
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
|
Artikolu 17 Inċentivi regolatorji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Meta promotur ta’ proġett iġarrab riskji akbar għall-iżvilupp, għall-kostruzzjoni, għall-operat jew għall-manutenzjoni ta’ proġett ta’ interess komuni li jaqa’ taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, meta mqabbla mar-riskji normalment imġarrba minn proġett infrastrutturali komparabbli, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jagħtu inċentivi xierqa għal dak il-proġett f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 18(3) sa (6) tar-Regolament (UE) 2019/943, l-Artikolu 41(8) tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 58, punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944. L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-proġett ta’ interess komuni jkun irċieva eżenzjoni:
(a)
mill-Artikoli 32, 33 u 34 u mill-Artikolu 41(6), (8) u (10) tad-Direttiva 2009/73/KE, skont l-Artikolu 36 ta’ dik id-Direttiva;
(b)
mill-Artikolu 19(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew mill-Artikolu 6, l-Artikolu 59(7) u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944 skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2019/943;
(c)
skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE;
(d)
skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.
|
|
Artikolu 17 2.
|
Fil-każ ta’ deċiżjoni li jingħataw l-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu r-riżultati tal-analiżi kost-benefiċċji konsistenti mal-metodoloġija mfassla skont l-Artikolu 11 u b’mod partikolari l-esternalitajiet pożittivi reġjonali jew madwar l-Unjoni ġġenerati mill-proġett. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom janalizzaw aktar ir-riskji speċifiċi mġarrba mill-promoturi tal-proġett, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju meħuda u r-raġunijiet għal-profil tar-riskju fid-dawl tal-impatt pożittiv nett ipprovdut mill-proġett, meta mqabbel ma’ alternattiva b’riskju aktar baxx. Ir-riskji eliġibbli għandhom jinkludu b’mod partikolari r-riskji relatati ma’ teknoloġiji ġodda tat-trażmissjoni, kemm fuq l-art kif ukoll lil hinn mill-kosta, riskji relatati mal-irkupru insuffiċjenti tal-kostijiet u r-riskji tal-iżvilupp.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Id-deċiżjoni li jingħataw l-inċentivi għandha tqis in-natura speċifika tar-riskju mġarrab u tista’ tagħti inċentivi li jkopru, fost l-oħrajn, waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
(a)
ir-regoli għal investiment antiċipatorju;
(b)
ir-regoli għar-rikonoxximent tal-kostijiet imġarrba b’mod effiċjenti qabel l-ikkummissjonar tal-proġett;
(c)
ir-regoli għall-provvista ta’ dħul addizzjonali fuq il-kapital investit għall-proġett;
(d)
kwalunkwe miżura oħra meqjusa neċessarja u xierqa.
|
|
Artikolu 17 4.
|
Sal-24 ta’ Jannar 2023, kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tissottometti lill-Aġenzija l-metodoloġija tagħha u l-kriterji użati sabiex tevalwa l-investimenti fi proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija u r-riskji akbar imġarrba minnhom, aġġornati fid-dawl tal-aħħar żviluppi leġiżlattivi, politiċi, teknoloġiċi u tas-suq. Tali metodoloġija u kriterji għandhom jindirizzaw ukoll espressament ir-riskji speċifiċi mġarrba mill-grilji lil hinn mill-kosta għall-enerġija rinnovabbli kif imsemmi fil-punt (1)(f) tal-Anness II u minn proġetti li, filwaqt li jkollhom nefqa kapitali baxxa, iġarrbu nefqa operazzjonali sinifikanti.
|
|
Artikolu 17 5.
|
Sal-24 ta’ Ġunju 2023, filwaqt li tqis kif xieraq l-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba u tagħmel rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2019/942 rigward dawn it-tnejn li ġejjin:
(a)
l-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 fuq il-bażi ta’ parametraġġ referenzjarju tal-aħjar prattika mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali;
(b)
metodoloġija komuni sabiex jiġu evalwati r-riskji ogħla mġarrba tal-investimenti fi proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija.
|
|
Artikolu 17 6.
|
Sal-24 ta’ Settembru 2023, kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tippubblika l-metodoloġija tagħha u l-kriterji użati sabiex tevalwa l-investimenti fi proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija u r-riskji akbar imġarrba minnhom.
|
|
Artikolu 17 7.
|
Meta l-miżuri msemmija fil-paragrafi 5 u 6 ma jkunux biżżejjed sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni f’waqtha ta’ proġetti ta’ interess komuni, il-Kummissjoni tista’ toħroġ linji gwida dwar l-inċentivi stabbiliti f’dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 29.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32022R0869
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|