|
+Artikolu 17 1. |
Artikolu 17 1.Meta promotur ta’ proġett iġarrab riskji akbar għall-iżvilupp, għall-kostruzzjoni, għall-operat jew għall-manutenzjoni ta’ proġett ta’ interess komuni li jaqa’ taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, meta mqabbla mar-riskji normalment imġarrba minn proġett infrastrutturali komparabbli, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jagħtu inċentivi xierqa għal dak il-proġett f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, l-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 18(3) sa (6) tar-Regolament (UE) 2019/943, l-Artikolu 41(8) tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 58, punt (f), tad-Direttiva (UE) 2019/944. L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika meta l-proġett ta’ interess komuni jkun irċieva eżenzjoni:
(a)
mill-Artikoli 32, 33 u 34 u mill-Artikolu 41(6), (8) u (10) tad-Direttiva 2009/73/KE, skont l-Artikolu 36 ta’ dik id-Direttiva;
(b)
mill-Artikolu 19(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2019/943 jew mill-Artikolu 6, l-Artikolu 59(7) u l-Artikolu 60(1) tad-Direttiva (UE) 2019/944 skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2019/943;
(c)
skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE;
(d)
skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|