|
+Artikolu 18 2. |
Artikolu 18 2.Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Artikolu 24 u fil-punt (1)(a), (b), (c), (d) u (f) tal-Anness II u fil-punt (3) tal-Anness II, għandhom ukoll ikunu eliġibbli għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet meta jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:
(a)
l-analiżi kost-benefiċċji speċifika għall-proġett imfassla skont l-Artikolu 16(4), il-punt (a), tipprovdi evidenza li tikkonċerna l-eżistenza ta’ esternalitajiet pożittivi sinifikanti, bħas-sigurtà tal-provvista, il-flessibbiltà tas-sistema, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni;
(b)
il-proġett ikun irċieva deċiżjoni dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet skont l-Artikolu 16 jew, fir-rigward ta’ proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu taħt il-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fil-punt (3) tal-Anness II, meta ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u, għalhekk, ma jirċivux deċiżjoni dwar l-allokazzjoni transfruntiera tal-kostijiet, il-proġett ikollu l-għan li jipprovdi servizzi b’mod transfruntier, iġib l-innovazzjoni teknoloġika u jiżgura s-sikurezza tal-operat transfruntier tal-grilja;
(c)
il-proġett ma jistax jiġi ffinanzjat mis-suq jew permezz tal-qafas regolatorju f’konformità mal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju u valutazzjonijiet oħra, b’mod partikolari dawk imwettqa minn investituri, kredituri potenzjali jew l-awtorità regolatorja nazzjonali, b’kont meħud ta’ kwalunkwe deċiżjoni dwar inċentivi u r-raġunijiet tagħha msemmija fl-Artikolu 17(2) meta tiġi vvalutata l-ħtieġa tal-proġett għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|